Select Page
Bidwi jsib tarbija abbandunata ġo basket tal-plastik

Bidwi jsib tarbija abbandunata ġo basket tal-plastik

Nhar l-Erbgħa li għadda, bidwi li kien sejjer jaħdem l-għelieqi tiegħu, sab tarbija abbandunata fi triq maħmuġa, ġo basket tal-plastik.

Kien waranofsinhar tal-biraħtlula, f’Paceco, belt fil-provinċja ta’ Trapani, Sqallija, meta bidwi sema’ biki ta’ tarbija hu u sejjer lejn l-għelieqi tiegħu. Kien wara ftit minuti, li sab lit-tarbija ġo basket tal-plastik, abbandunata ġo triq maħmuġa li qajla tintuża, li tagħti għall-għelieqi tiegħu. Jirrakonta kif, neħħa lil dan iċ-ċkejken minn ġo dan il-basket, ħaddnu miegħu u ċempel mal-ewwel lill-karabinieri.

Kemm il-karabinieri kif ukoll it-tobba u l-infermieri intervjenew fi ftit minuti, fejn ħadu lit-tarbija l-isptar, ġewwa Trapani. It-tobba sabuh f’kundizzjoni tajba minkejja li, bħala prekawzjoni, iddeċidew li jpoġġuh fl-ICU. It-tarbija instabet bil-kurdun taż-żokkra maqtugħ, filwaqt li fil-borża nstabet wkoll il-plaċenta, li ma kinitx magħluqa.

Għalkemm iċ-ċkejken seta’ jieħu nifs, l-investigaturi jemmnu li kieku ma nstabx ma tantx kien idum ħaj għall-fatt li huwa nstab f’żona li hija iżolata. Aparti dan, il-kampanja hija mimlija b’ħafna annimali selvaġġi u l-kesħa tal-lejl żgur ma kinitx tgħinu jibqa’ ħaj.

Il-karabinieri fetħu investigazzjoni biex jiskopru l-identità tal-omm, billi jaraw il-kameras li jinsabu fiż-żona. It-tobba tal-isptar ta’ Trapani ddeċidew li jagħtu lit-tarbija l-isem ta’ Francesco Alberto. Franġisku instab f’jum il-qaddis t’Assisi filwaqt li Alberto għall-pulizija li kien tal-ewwel li ħadu f’idejh.

“Ferħana ħafna li għażilt li nġorr it-tarbija ta’ ibni”

“Ferħana ħafna li għażilt li nġorr it-tarbija ta’ ibni”

Nancy Hauck, omm ta’ 56 sena minn Utah, stat fis-subreġjun tal-muntanji tal-Punent tal-Istati Uniti tal-Punent, tqila bit-tarbija ta’ binha wara li ddeċidiet li tkun surrogat għalih u għal martu.

Jeff Hauck, ta’ 32 sena u Cambria ta’ 30 sena, damu jissieltu madwar 6 snin biex ikollhom it-tfal qabel kellhom tewmin darbtejn. Vera u Ayva, li għandhom 3 snin u Diseal u Luka, 11-il xahar, permezz tal-IVF.

Nancy ħadet din id-deċiżjoni wara li l-kumplikazzjonijiet li nqalgħu fl-aħħar twelid tat-tewmin ħallew lill-mara ta’ binha, ma tistax ikollha aktar tfal, u huma xtaqu li jkomplu jkabbru l-familja tagħhom.

Hija tgħid li kienet sorpriża meta t-tobba qalulha li kienet b’saħħitha biżżejjed biex tkun surrogat għaliex ma kinitx qed tistenna li dan se jkun possibbli fl-età tagħha.

Nancy se tkun qed twelled lin-neputija tagħha, f’Novembru, bir-raġel tagħha, it-tifel u martu preżenti waqt it-twelid.

“Hija ħaġa notevoli u sabiħa. Naħseb li din hija ħaġa pjuttost rari li tagħmel. Qatt ma ppjanajt għaliha, imma ferħana ħafna li għażilt li nġorr it-tarbija ta’ ibni”

Nancy Hauck

“Għandu jkun hemm avukat li jirrappreżenta lit-tarbija”- Peppi Azzopardi

“Għandu jkun hemm avukat li jirrappreżenta lit-tarbija”- Peppi Azzopardi

F’Malta għadha kif saret kawża biex jidħol l-abort.

Għaldaqstant, il-ġurnalista u l-opinjonista Peppi Azzopardi li huwa kontra l-abort, isostni li għandu jkun hemm avukat li jirrappreżenta lit-tarbija.

“Nispera li l-Qorti tara li f’din il-kawża u f’oħrajn simili jkun hemm avukat li jirrappreżenta lit-tarbija. Mhux sew li dawn it-trabi li se jkunu maqtula ma jkollhomx min jiddefendihom.”

Inti taqbel?

Infermiera ssalva tarbija ta’ 3 xhur fuq l-ajruplan

Infermiera ssalva tarbija ta’ 3 xhur fuq l-ajruplan

Il-każ seħħ il-Ħamis li għadda, abbord it-titjira 1691 ta’ Spirit Airlines, minn Pittsburgh, Pennsylvania għal Orlando, Florida.

L-infermiera, Tamara Panzin, li kienet fuq it-titjira kellha tidħol fl-azzjoni wara li tarbija ta’ 3 xhur waqfet tieħu n-nifs.

Fil-fatt, Panzin bla ebda telf ta’ żmien, bdiet timmassaġġja s-sider u riġlejn it-tarbija. Kien biss ftit mumenti wara li ċ-ċkejkna Anjelé, reġgħet bdiet tieħu n-nifs.

Għal dan il-ġest erojku hija ngħatat applaws mistħoqq u xieraq. It-titjira niżlet mingħajr periklu f’Orlando.

Enable Notifications OK No thanks