by skoperta.net | 15/Jan/23 | Konf Taf?, Personalitajiet
Il-kantant Richard Micallef qajjem punt interessanti dwar is-sistema tal-votazzjoni f’Malta.
Huwa rrefera għal sistema ta’ votazzjoni b’sistema teknoloġika ta’ blockchain, permezz ta’ dawk li jissejħu decentralised applications (dapps), li hija aktar sigura u li ma teħtieġx terzi persuni.
Richard jemmen li minbarra li din is-sistema tista’ tintuża għal avvenimenti ta’ importanza kbira f’pajjiżna bħal elezzjonijiet, referendum u oħrajn, l-istess sistema tista’ tintuża wkoll f’festivals jew avvenimenti oħrajn bħal Mużika Mużika, il-Malta Eurovision Song Contest u Malta’s Got Talent fost oħrajn.
Huwa jemmen li din is-sistema bla ħlas, tista’ ġġib bidla radikali f’dak kollu li jirrikjedi l-vot tal-pubbliku.
Il-mistoqsija li fil-fatt qed jistaqsi Richard hija, “għaliex din is-sistema għadha mhix introdotta f’pajjiżna?”
by Dr Stephanie Vella | 17/Nov/20 | Riflessjonijiet, Tagħrif, Varjetà
Ix-xokk li ħolqot il-pandemija tal-Covid għandha tgħallimna ħafna affarijiet. Fost l-iktar affarijiet li għandna nitgħallmu hi kemm aħna vulnerabbli għax-xokkijiet u għall-impatt tagħhom.
Mill-perspettiva tal-ekonomija hemm ukoll elementi ta’ tgħallim importanti. Fosthom hemm il-fatt li anke meta l-ekonomija tkun sejra tajba, il-pajjiż jista’ jkun suxxetibli għal daqqa fil-livell tad-dħul li l-pajjiż ikun qed jagħmel. Il-miżuri ekonomiċi li ġew addotati kienu importanti biex ix-xokk ma jiġix trasmess f’waqa’ fl-impjiegi. Din l-għajnuna tibqa’ ferm importanti hekk kif hemm setturi bħal dawk tat-turiżimu u l-kummerċ li qed jibqgħu jiġu affetwati.
Il-Gvern għandu rwol importanti ħafna f’dan ir-rigward, dak li jonfoq il-flus meta l-ekonomija tgħaddi minn xokk negattiv waqt li jfaddal il-flus meta l-ekonomija tkun sejra tajba. Mingħajr dan il-prinċipju jkun diffiċli li tonfoq il-flus meta l-pajjiż ikun qed jiffaċċja kriżi kemm ta’ saħħa kif ukoll ekonomika.
Hemm ukoll tgħallim iktar fit-tul li għandna ngħarblu fuqu. Hija affaxinanti ta’ kif f’mument ta’ kriżi hemm ħafna setturi li ppruvaw jilqgħu għal dan ix-xokk billi biddlu l-operat tagħhom. F’dan ir-rigward it-teknoloġija kienet element importanti li ippermettiet dan il-kambjament u għandna nistennew li t-teknolnolġija jkollha rwol ferm aktar importanti anke meta l-effett tal-Covid jgħaddi. Għalhekk huwa important li nkomplu ninvestu fit-teknoloġija u d- diġitilizzazzjoni kif ukoll il-ħiliet ta’ kif nużaw din id-diġitilizzazzjoni.