Select Page
Mhux affarik! – Tanja Cilia

Mhux affarik! – Tanja Cilia

Ara ma tgħidx, “Tmutlix għalissa!”

Oħti Carmen ilha mejta kważi 40 sena – u għadni nsib minn jistaqsini, “Imma x’kellha, għid?”, bħallikieku r-risposta tiegħi se tagħmlilhom xi differenza f’ħajjithom.

Niftakar darba kont nieżla d-dar, u waqqfitni waħda mara li għadni sal-lum ma nafx min hi. Staqsietni, “Oħtok orrajt?” u jien inħsadt. Għidtillha l-verità, jiġifieri, li kienet id-dar tistrieħ. “Ara, jaħasra. Kemm qed nieħu gost li qed tgħidli hekk. Kienu qed jgħidu li kważi mietet.”

Issummajt. Anqas flaħt inweġibha. Kif dort il-kantuniera, irremettejt.

Kull meta nsemmi dan l-inċident, insib li huwa simili ta’ xi ħaġa li tkun ġrat lil ħafna oħrajn; kemm jekk ikollhom marda terminali huma, u kif ukoll jekk ikun xi ħadd mill-maħbubin tagħhom li jkun marid.

Għaldaqstant ħsibt li din il-mistoqsija sfiqa, almenu, ma tkunx saret għalxejn.

Ikkuntattjajt xi ħbieb tiegħi u tlabthom il-fehma tagħhom. Flimkien tellajna lista li l-konklużjoni tagħha hi: “Jekk iżżomm ħalqek magħluq, x’aktarx li taqta’ figura isbaħ.”

  • Jekk tara li xi ħadd ħxien jew irqaq f’daqqa, la tgħaddix kummenti. U la tistaqsiha jekk hux tqila, u anqas jekk hux qed tagħmel id-dieta. Hawn mard, u mediċini, li jaffettwaw il-piż ta’ dak li jkun.
  • L-istess jekk tinduna li xi ħadd qed jaqagħlu xagħru, jew li għandu l-kulur tal-ġilda mhux bħal tas-soltu. Billi tagħmel il-ħajja diffiċli għal ħaddiehor, mhux se tidher helwa, tafx.
  • Tippruvax issemmi l-marda ta’ dik u l-kundizzjoni tal-oħra, biex forsi dak li jkun jiftaħ qalbu miegħek. Dawn vavati. U bilħaqq – tkunx banali u tgħid xi ċajta biex mingħalik “tnessi” li dak li jkun, ladarba jiftaħ qalbu miegħek.
  • Jekk xi ħadd jgħidlek li marid sew, tgħidlux, “U iva, daż-żmien ta’ kollox isibu tarf ta,” qisek trid tgħatti x-xemx bl-għarbiel. Biżżejjed toffri li jekk ikun hemm bżonn xi għajnuna, int lest li toffriha, u li tgħid li jiddispjaċik. Ara ma tgħidx, “Tmutlix għalissa!”
  • Anqas, biex tipprova tnissel tbissima fuq wiċċ il-marid, m’għandek tgħid, “U iva, mhux kulħadd irid imut?” Anzi, kultant m’hemmx bżonn kliem. Tgħanniqa tkun biżżejjed.
  • Anqas titwemmen imma jkun hawn min jistaqsi, “Qalulek kemm baqagħlek ħajja?” Il-mewt, tafux, mhux b’marda terminali biss tiġi. Ħadd, u ħadd, nerġa’ ngħid, ma jaf bl-eżatt kemm baqagħlu ħajja.
  • “Issa ngħid lil kulħadd jitlob għalik,” tfisser li se tgħid lil kulħadd li din il-persuna hi marida. U din forsi ma tridx turi, u int ha tikxfilha xturha?
  • M’għandekx għalfejn issemmi lil kull min taf li kellu l-istess marda, iżjed u iżjed jekk mietu żgħar. U jekk il-marda tkun kanċer, tistaqsix fejn qiegħed.
  • Tindaħalx. Jekk jgħidulek li sejrin btala, li se jqaxxru xagħarhom “bil-lest”, li se jiżżewġu… ara ma tiftaħx ħalqek u tgħidilhom biex jaħsbuha dartejn. Mhux affarik. U ara ma tistaqsix jekk is-safra tkunx “għall-kura”.
  • Insa l-kliem ‘jaħasra’ u ‘miskina’, u tagħmilx wegħdiet kontra wegħdiet li tkun se tmur taraha meta tkun l-isptar. Staqsi jekk tkunx tridek tmur. U forsi, wara kollox, ma tmurx l-isptar.

Aħjar elf kelma nieqsa, milli kelma waħda żejda.

Insibu l-paċi fina nfusna – Michelle Zerafa

Insibu l-paċi fina nfusna – Michelle Zerafa

Il-gimgħa li għaddiet tkellimna dwar kif niffaċċjaw sitwazzjoni diffiċli speċjalment fi żmien il – Milied, realtà li ħafna minna ngħaddu minnha xi darba jew oħra..

Hekk hu …. xi darba jew oħra .. għax kulħadd fil-ħajja xi kultant jirbaħ u xi kultant jitlef..

Sabiħ li napprezzaw meta nirbħu għaliex mhux dejjem se nirbħu..

…u dan l-istess ħsieb li nżommu f’moħħna li mhux dejjem se nirbħu jgħinna nkunu aktar kuntenti ..

Ħafna drabi nesperjenzaw biża’ kbira kull meta jkollna niffaċċjaw bidla ..

Tista’ tkun relatata max-xogħol, ma’ relazzjoni.. jew saħansitra l-mewt

Għaliex insibuha diffiċli?

Ħafna drabi nemmnu li qishom ċerti affarijiet, jew sitwazzjonijiet se jibqgħu magħna għal dejjem..

Li kieku aħna ngħixu bit-tir li ngawdu l- mument u li nieħdu gost kemm nistgħu f’dak il- mument għax jista’ jkun li nitilfu dan iċ-ċans.. l-esperjenza tagħna tkun waħda aktar intensa u b’saħħitha..

Meta sirt naf li missieri għandu marda terminali ħassejt li d-dinja waqgħet fuqi..

Iżda din kienet ġurnata importanti ħafna għalija għax bidlitli li l-viżjoni tiegħi lejn il-ħajja ..

Irrealizzajt li ma tantx għad għandi żmien xi ngawdih, din kienet importanti għalija u għenitni nsir close aktar tiegħu .. bdejt ngħix il- mument u napprezza kull ikla li mmorru flimkien, kull ċajta li ngħidu..

Meta erba’ snin wara missieri ħalliena kont imnikkta iżda kont ferħana li f’ dawk l-erba’ snin kelli mumenti imprezzabli u speċjali ma’ missieri…. dan imlieni bil-kuraġġ biex niffaċċja t-telfa tiegħu… filwaqt li biddili l-mod ta’ kif inħares lejn il-ħajja..

Primarjament li anke naċċetta li anke jien mhux se nkun hawn għal dejjem… allura rrid inkun jien li nibdel il- perspettiva tiegħi fuq diżappunti differenti.. li nagħżel dak li jaffetwani u dak li nwarrab ..

Kien hawn li realizzajt li rrid niffoka biex naħdem fuqi nnifsi…

Iva hekk hu, li niffoka fuqi innifsi …

u naċċetta l-frażijiet li ġejjin..

Mhux kulħadd se japprezzak

Mhux kulħadd se juri empatija miegħek

Mhux kulħadd se jaċċetta dak li int

Mhux kulħadd se jibqa’ miegħek

Mhux kulħadd se jkun hemm għalik..

Imma li hu żgur hu li inti se tkun hemm għalik innifsek..

se ssib il-clan tiegħek.. mhemmx għalfejn ikunu ħafna nies..

Dawn se jifhmuk, japprezzawk u se jkunu miegħek..

Biss trid tibda minnek innifsek..

L-ewwel pass qatt mhu faċli..

Iżda l-ewwel pass huwa kruċjali biex tibda t-triq..

Kuraġġ

Dan il-Milied huwa Milied speċjali.

Agħti rigal lilek innifsek u iffoka..

Fuq li tieħu ħsieb saħħtek..

Li ssib ħin biex tistrieħ u tagħmel l-affarijiet li tħobb..

Li tiffoka biex tagħti u tħobb aktar..

Li ssib ħin li tqatta’ ma’ nies li jgħinuk tħossok tajjeb,

Li tirrealizza li mhijiex worth it li tirbaħ kull battalja, allura b’hekk tista’ tesperjenza l-paċi,

Li huwa ok li l-ħajja tagħna mhijiex perfetta jew li mhux kollox ġie kif ippjanajt..

Hekk biss tista’ tikseb il-kuntentizza.. li jixraqlek..

U ftakar li kulħadd jixraqlu li jkun kuntent..

Tislijiet.

Jekk għandek xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

24 sena battalja kontra kanċer terminali – Peter Calamatta

24 sena battalja kontra kanċer terminali – Peter Calamatta

Nitkellmu ma’ Peter Calamatta

Minn meta kellu 20 sena Peter Calamatta iddedika lilu nnifsu għall-istudju tal-pjanti. Dan is-suġġett huwa magħruf bħala Xjenza Ortikulturali. Huwa studja barra l-pajjiż prinċipalment fl-Ingilterra l-Italja u l-Amerika. Fl-Ingilterra studja l-ortikultura kummerċjali. Dan huwa t-tkabbir ta’ pjanti, ħxejjex, frott u fjuri li huma maħsuba għall-bejgħ.

Beda diversi industriji ġodda relatati f’Malta u b’mod partikolari ħsad protett li jfisser it-tkabbir ta’ frott u ħaxix tal-ħaxix fis-serer taħt kundizzjonijiet ikkontrollati. Wara li qatta’ ftit snin fl-Amerika u l-Italja jistudja ortikultura ornamentali li kienet tinkludi pajsaġġ b’arbuxxelli, siġar u fjuri f’ġonna pubbliċi, ġonna privati u żoni pubbliċi.

Wara 20 sena ta’ servizz lill-gvern iddeċieda li jmur għar-rasu u jintroduċi ċentri tal-ġnien li għenu biex jinħoloq negozju tal-ġardinaġġ u tal-pajsaġġ li ma kienx jeżisti f’Malta.

Bil-45 sena tiegħi ta’ programmi kontinwi tat-televiżjoni huwa eduka lill-pubbliku Malti fl-imħabba għall-pjanti u l-fjuri u l-manutenzjoni tal-ġonna tagħhom. Bħala l-kap tal-konsorzju ELC huwa iddedika l-aħħar 20 sena għat-tisbiħ ta’ Malta u Għawdex b’suċċess kbir.

Peter għadu kif jippubblika ktieb bl-isem ta’ “Xi Ħadd Hemm Fuq Iħobbni”. Dan il-ktieb jittratta l-battalja ta’ 24 sena tiegħu ma’ kanċer fatali, Non Hodgkins Lymphoma, li għalih ma kien hemm l-ebda kura u għal erba’ darbiet matul dan il-perjodu waqt li kien qed jingħata trattament fir-Renju Unit intbagħat id-dar sabiex imut mal-familja tiegħu.

“Bil-fidi u l-kuraġġ irnexxieli nsib is-saħħa biex niġġieled kontra dan il-kanċer u sal-lum salvajt, bla ma naf meta se jerġa’ jolqot kif għamel f’okkażjonijiet preċedenti. Il-ktieb huwa maħsub biex jittrażmetti l-formula tiegħi ta’ sopravivenza lill-pazjenti oħra bil-kanċer b’tama li jirnexxilhom jadottaw approċċ pożittiv għall-marda tagħhom u jemmnu wkoll fl-imħabba kbira li Alla għandu għalina lkoll.” jgħidilna Peter.

Qabel dan il-ktieb huwa kiteb tliet kotba oħra u ipproduċa sitt CDs fl-aħħar ħames snin. Bħal dawn kollha l-qligħ minn dan il-ktieb imur għall-karità. Din id-darba Peter għażel The Hospice Malta minħabba x-xogħol sterlina li tagħmel din l-organizzazzjoni lejn pazjenti bil-kanċer u l-familji tagħhom.

Il-ktieb huwa maħsub ukoll bħala għodda f’idejn dawk kollha konnessi mal-Onkoloġija biex jintuża bħala element ta’ appoġġ mentali waqt it-trattament ta’ mard bħal dan.

“Il-messaġġ li nixtieq nagħti b’dan il-ktieb huwa li għandna nkunu grati għal dak li l-mediċina u t-trattamenti moderni jistgħu jagħmlu biex ifejqu l-kanċer iżda l-kuraġġ u l-fidi flimkien ma’ attitudni pożittiva jistgħu jkunu nofs il-kura. L-istorja tiegħi hija l-prova ta’ dan u l-irkupru tiegħi mhu xejn inqas minn mirakoluż.”

L-ewtanasja – int taqbel?

L-ewtanasja – int taqbel?

Riċentament waqt il-programm Popolin li jixxandar kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, fis-7pm fuq TVM, ġie diskuss is-suġġett tal-ewtanasja.

Anna Scerri, irrakkuntat kif hija tilfet lil missierha u żewġ ħutha kawża ta’ mard terminali u li wieħed minn ħuha xtaq imut qabel il-waqt, jiġifieri xtaq l-ewtanasja.

Madanakollu hi stqarret li minkejja t-tbatija li għaddew minnha, tħoss li huma sabu l-paċi u skoprew l-imħabba u r-rispett f’dak li kienu għaddejjin minnu. Tgħid ukoll li kieku ħuha ħa l-ewtanasja kienu jitilfu 3 snin esperjenzi li minkejja li kienu iebsin kemm għal ħuha u kemm għalihom, għaddewhom flimkien sal-aħħar.

Wara li tisma’ storja bħal din iġġiegħlek tirrifletti ż-żewġ perspettivi. Il-ħajja għandha valur u m’għandek qatt taqta’ qalbek, imma min-naħa l-oħra bniedem li għaddej minn mard terminali għandu dritt li jagħżel li jtemm is-sofferenzi tiegħu b’dinjità?

Int x’taħseb? Taqbel? Assolutament ma taqbilx? Kellek lil xi ħadd qrib tiegħek li xtaq jagħmel din l-għażla u ma setax?

Nixtiequ niskopru l-ħsieb u l-opinjoni tiegħek. Ikkummentalna hawn taħt jew ibgħatilna email fuq info@skoperta.net

Enable Notifications OK No thanks