by skoperta.net | 13/Sep/22 | Ġrajjiet, Kurrenti, L-Aħħar Aħbar
Raġel ta’ 51 sena, li joqgħod Ħal Qormi, ġie mmultat €58 wara li nstab ħati li sentejn ilu inġurja u hedded lil martu waqt li kellhom xi jgħidu.
Skont ma ġie rrappurtat fuq tvmnews, fil-qorti ħareġ li r-raġel hedded lil martu fi tliet argumenti separati. Fost it-theddid, ħareġ li b’referenza għat-tifel il-kbir, qalilha li se jitfagħhulha frankuni u kif ukoll “nirraħ imut jitkaxkar bil-mutur.” Żiedet ukoll dakinhar għamlilha ċerti mossi b’idejh li għaliha kienu jfissru li kienet se jitfagħha f’siġġu tar-roti. Dan wara li nqala’ argument u allegatament akkużaha li kienet tiġri mal-irġiel.
It-tieni argument inqala’ meta r-raġel kien qed isajjar u l-mara dehrilha li l-fjamma kienet għolja wisq u seta’ jaħraq l-ikel. F’argument ieħor, il-mara xehdet li żewġha heddida li se joqtol lil ommha.
Dan kollu seħħ waqt li l-koppja kienet għaddejja mill-proċess tas-separazzjoni.
Min-naħa tiegħu, ir-raġel qal li huwa għex l-aħħar 4 snin ta’ żwieġ bħal priġunier ġo daru għax skont hu, it-tifel kien jikkmanda kollox. Qal ukoll li meta nqalgħu l-argumenti, il-mara kienet qed tipprovokah.
Tvmnews irraporta wkoll li minn recordings li nstemgħu fil-qorti, li l-mara stess irrekordjat bil-mobile, il-maġistrat innotat li t-tim ta’ leħen il-vittma ma kienx juri li kienet qed tibża’, u ġie konkluż li l-argumenti tqajmu apposta biex tipprovoka lir-raġel.
Għal din ir-raġuni, ir-raġel instab ħati biss li fl-argumenti inġurja u hedded lil martu.
by skoperta.net | 02/Feb/22 | Ġrajjiet, Kurrenti
Il-futboler ta’ Manchester United, Mason Greenwood ġie arrestat fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u theddid ta’ qtil.
Manchester United qalu li ż-żagħżugħ ta’ 20 sena, mhux se jkun qed jilgħab mal-klabb qabel avviż ieħor.
Il-pulizija arrestat lil Greenwood wara li ttellgħu ritratti u vidjows fuq il-midja soċjali minn mara li rrappurtat inċidenti ta’ vjolenza fiżika.
Ġie rrappurtat li bħalissa għaddejja l-investigazzjoni u l-mara qed tingħata sapport speċjalizzat.
Greenwood li ddebutta mal-klabb f’Marzu tal-2019, iffirma kuntratt ta’ erba’ snin fi Frar tal-2021 wara li tela’ fil-gradi tal-Akkademja.
Nhar il-Ħadd, Manchester United qalu li l-klabb huwa kontra u jikkundanna kull tip ta’ vjolenza u filwaqt li huma konxji tal-allegazzjonijiet iżda mhumiex se jikkummentaw aktar sakemm jiġu stabbiliti l-fatti.
by Sex Clinic Malta | 15/Dec/21 | Riflessjonijiet, Varjetà
Il-partner tiegħi toqgħod tagħfas like lil kull raġel li jitlagħlha fuq Facebook. Għal din ir-raġuni, meta tkun rieqda neħodilha l-mowbajl, biex nara jekk tkunx qed tibgħat messaġġi lill-irġiel oħra u teqlibieli ma’ xi ħaddieħor.
L-għira hija emozzjoni meta l-persuna tħossha rrabjata u mbeżża’. L-għira toħloq element ta’ sospensjoni. Dan iseħħ l-aktar meta jkun hemm xi ħadd barra mir-relzzjoni u jkun qed iqanqal ċertu theddid lill-persuna fir-relazzjoni. It-theddida tista’ tkun waħda reali jew waħda immaġinarja.
Spiss nisma’ lil xi ħadd jgħid li waqt li l-partner tiegħu kien rieqed, tfittex jekk qed jitkellem ma’ xi ħaddieħor. Hemm ukoll min jaqla’ argument mal-partner tiegħu meta jgħaddi xi ħadd gustuż. Hemm ukoll min ma jħallix lill-partner tiegħu jaċċetta lil xi ħadd ieħor fuq Facebook. Dawn huma kollha sitwazzjonijiet reali li vermament iseħħu. Jista’ jkun il-każ li inti kont jew għadek tgħaddi minn sitwazzjonijiet ta’ dan it-tip. Kemm huwa sabiħ li wieħed jafda lill-partner tiegħu. Sfortunatament, dan mhux dejjem faċli! Dawn huma xi ideat li jistgħu jsaħħu r-relazzjoni tiegħek sabiex tħossok aktar sigur fir-relazzjoni tiegħek:
- Mal-għira hemm ħafna emozzjonijiet negattivi. Hija idea tajba li jekk tgħir, tipprova tirrikonoxxi l-għira. Meta wieħed jitkellem dwar l-għira li jkun qed iħoss, jgħinu jiżviluppa ċerti ħiliet interni. Dawn jgħinu lill-individwu jagħmel konverżazzjonijiet produttivi, b’hekk tkun qed taħdem fuq ir-relazzjoni tiegħek.
- Mindfulness huwa meta wieħed jgħix u jiffoka dwar il-preżent. Dan jgħin ħafna għaliex inti tkun qed tpoġġi lilek innifsek fil-mument li għaddejja minnu. B’dan il-mod wieħed ikun iffukkat fuqu nnifsu u mhux dak li huwa għaddej madwaru.
- L-għira u l-istima baxxa huma relatati. Dan għaliex meta persuna tara lilha nnifisha bħala inadegwata għall-partner tiegħu, jiġu ħsibijiet bħal “jiena mhux ħelwa biżżejjed, mela issa jsib lil xi ħadd isbaħ minni”.
- Aħseb dwar dak li inti grat għalih. F’ħajtek hemm ħafna affarijiet sbieħ, avolja ma tindunax bihom f’dak il-mument. Huwa importanti li tfakkar lilek innifsek dwar dak li għandek sabiħ f’ħajtek.
- Aħseb dwar dak li tixtieq f’relazzjoni. Dak li qed tistenna minn relazzjoni jaffettwa ħafna l-mod ta’ kif iġġib ruħek fir-relazzjoni. Ara li dawn l-aspettattivi huma realistiċi u tibżax titkellem fuqhom mal-partner tiegħek. B’hekk tkunu kapaċi taħdmu fuq ir-relazzjoni tagħkom flimkien.
Huwa importanti li żżomm f’mohhok li r-relazzjonijiet jaħdmu l-aħjar meta jkun hemm komunikazzjoni effettiva bejn il-koppja. Huwa tajjeb li tiftakar biex ma tgħajjatx mal-partner tiegħek u minflok titkellem bil-kalma u tispjega l-emozzjonijiet tiegħek.
Huwa importanti wkoll li inti taħdem fuqek innifsek bħala persuna. Meta inti tħares lejk innifsek fil-mera, x’tara? Tara li inti individwu sabiħ/a, tapprezza lilek innifsek biżżejjed? Jew hemm aspetti dwarek li jeħtieġ li taħdem fuqhom?
Tim multidixxiplinarju li jipprovdi kura għas-Saħħa Sesswali