Kif tista’ tissapportja bl-aħjar mod lil xi ħadd li qed jikkumbatti mal-kanċer?

Kif tista’ tissapportja bl-aħjar mod lil xi ħadd li qed jikkumbatti mal-kanċer?

Meta xi ħadd qrib tagħna ikun qed jikkumbatti mal-kanċer, ir-reazzjoni immedjata tagħna tkun dik li naraw x’nistgħu nagħmlu biex ngħinuhom u nagħtu s-sapport tagħna.

Dawn huma modi differenti kif tista’ tagħti s-sapport tiegħek.

X’għandi ngħid?

Ħafna drabi, speċjalment fil-bidu, tista’ tkun konfuż dwar x’għandek tgħid jew tagħmel, iżda żomm f’moħħok li tkun miftuħ u sensittiv għal kif qed iħossu huwa dak li ħafna nies ikollhom bżonn. Li jkunu jafu li qiegħed hemm għalihom se jgħin ħafna.

Kull persuna li tkun qed tikkumbatti mal-kanċer ikollha esperjenza differenti u għalhekk ipprova tassumix kif il-persuna tista’ tħossha. Tista’ tkun qed tħossha ferħana f’ġurnata u mdejqa fl-oħra. Ipprova kun konxju tal-burdata tagħha.

Ftakar li l-persuna forsi ma tridx titkellem jew taħseb dwar il-kanċer il-ħin kollu. Li jkollok konverżazzjoni normali fuq affarijiet ta’ kuljum u li taqsam ċajta kultant tista’ tgħin ħafna.

Ipprova teħodhiex personalment jekk il-persuna ma tridx titkellem dwar il-kanċer u rrispetta l-ħtieġa tagħha għall-privatezza jew li jkollha ftit ħin għall-kwiet.

L-emozzjonijiet li jistgħu jħossu

Ħafna drabi tibda tinduna li l-burdata tal-persuna tinbidel minn mument għall-ieħor. Dan huwa normali għal min jiġi dijanjostikat b’kanċer.

Hemm firxa sħiħa ta’ emozzjonijiet li jistgħu jesperjenzaw inklużi:

  • Rabja
  • Dwejjaq
  • Inċertezza
  • Biża’
  • Ħtija
  • Frustrazzjoni
  • Solitudni
  • Iżolament
  • Riċentament
  • Niket

Li wieħed jifhem dawn l-emozzjonijiet jista’ jgħin biex tissapportja lill-persuna aħjar.

Sapport emozzjonali

Ir-riċerka turi li s-sapport emozzjonali mill-familja u l-ħbieb jista’ jagħmel differenza kbira għall-kwalità tal-ħajja ta’ xi ħadd bil-kanċer.

Ħafna drabi wieħed jibża’ li se jgħid xi ħaġa ħażina lil xi ħadd b’kanċer. Jekk turi li ġenwinament jimpurtak minn dak li għaddejja minnu l-persuna allura tista’ tkun ta’ sapport kbir.

Dawn huma xi suġġerimenti li jistgħu jgħinuk:

Li tista’ tagħmel:

  • Esprimi ruħek jekk qed tħossok skomdu, importanti li tirrikonoxxi s-sitwazzjoni minflok tippretendi li mhix qed isseħħ.
  • Xi tagħfisa fl-idejn jew tgħanniqa tagħmel differenza.
  • Ċempel lill-persuna, ibagħtilha xi kartolina jew messaġġ biex turiha li qed taħseb fiha.
  • Fakkarha li jekk tkun trid titkellem se ssibek dejjem hemm biex tisma’. Min-naħa tiegħek kun żgur li tkun disponibbli.
  • Irrispetta l-ħtieġa għall-privatezza tagħha, anke jekk tkun qed tgħix mal-persuna.
  • Issapportja lill-persuna matul id-dijanjosi kollha, fil-bidu, waqt u wara t-trattament.
  • Aqsam xi ċajta u idħak magħha. Id-daħk huwa wkoll mediċina.
  • Żomm ir-relazzjoni tiegħek mal-persuna normali u bilanċjata kemm jista’ jkun.

X’għandek tevita li tgħid u tagħmel:

  • Evita li tgħid li taf kif qed tħossha. Qatt ma tista’ tkun taf eżattament kif iħossu xi ħadd li jkun qed jgħix b’kanċer jekk ma tkunx għaddejt minnha, u anke jekk tkun għaddejt, kulħadd huwa differenti.
  • Evita li tgħidilha biex tkun b’saħħitha jew pożittiva, għaliex b’hekk tkun qed tagħmel pressjoni fuq il-persuna biex iġġib ruħha b’ċertu mod.
  • Tiħux l-affarijiet personalment jekk il-persuna tidher irrabjata jew imdejqa jew ma tridx titkellem.
  • Toffrix pariri li ma ġewx mitluba.
  • Tqabbilx is-sitwazzjoni tal-persuna ma’ ta’ xi ħaddieħor li taf, l-esperjenza ta’ kull persuna li tgħix b’kanċer hija unika.

Li tisma’

Li tisma’ u tipprova tkun konxju tal-ħsibijiet u s-sentimenti ta’ xi ħadd huwa importanti.

M’hemmx bżonn li jkollok it-tweġibiet kollha. Sempliċiment li tisma’ t-tħassib jew l-inkwiet tal-persuna jista’ jkun ta’ għajnuna kbira.

Li tisma’ lill-persuna fil-mument li jkollha bżonn huwa parti importanti mis-sapport emozzjonali.

Hawn xi suġġerimenti li jistgħu jgħinuk tagħmel dan:

  • Ara li kemm jista’ jkun tkunu f’post privat, rilassat u bi ftit distrazzjonijiet.
  • Ħares f’għajnejn il-persuna imma tiċċassax lejha.
  • Ħalli l-persuna tmexxi l-konverżazzjoni u pprova tinterrompix.
  • Agħti l-attenzjoni kollha tiegħek għal dak li qed tgħid.
  • Jekk qed issib dak li qed tgħid il-persuna diffiċli jew ta’ dwejjaq, tbiddilx is-suġġett. Tkellem dwar kif qed tħossok, dan jista’ jipprevjeni kwalunkwe skumdità.
  • Jekk il-persuna tibki, tippruvax twaqqafha jew tipprova tferraħha. Aċċertaha li huwa ok li tkun imdejqa u li hija reazzjoni normali għal dak li qed tgħaddi minnu.
  • Li taqbdilha idejha tista’ tgħin imma jekk tinġibed lura, agħtiha l-ispazju li għandha bżonn.
  • Ipprova tagħtix pariri sakemm il-persuna ma tkunx talbitek xi parir hi stess.
  • Iddaħħalx umoriżmu f’dak il-mument sakemm ma tkunx qed tiċċajta hi stess.
  • Is-silenzju mhuwiex ħażin, anzi, li jkun hemm mumenti fejn tisma’ biss mingħajr ma tlissen kelma, jistgħu jgħinu lill-persuna wkoll.

Sapport prattiku

Minbarra li tissapportja lil xi ħadd emozzjonalment, tista’ wkoll tgħin billi toffri sapport prattiku.

Tkellem mal-persuna u staqsiha jekk hemmx xi ħaġa speċifika li għandha bżonn l-għajnuna fiha.

Hawn persuni li ma jkunux iridu għajnuna jew jistgħu jsibuha diffiċli biex jaċċettawha. Forsi għax ikunu jridu jibqgħu kemm jista’ jkun indipendenti. Ipprova teħodhiex personali. Irrispettat d-deċiżjoni tal-persuna imma kun żgur li taf li jekk tibdel fehmtha, int se tkun hemm.

Li toffri li tgħin hija ħaġa sabiħa ħafna, iżda kun żgur li int kapaċi timpenja ruħek għal kwalunkwe għajnuna li tkun meħtieġa.

Dawn huma xi ideat prattiċi:

  • Ipprepara xi ikliet bnini li jistgħu jiġu ffriżati.
  • Twassal lill-persuna l-isptar għal testijiet tad-demm u appuntamenti.
  • Tgħin fit-tindif u l-ħasil tal-ħwejjeġ.
  • Tieħu mixja lill-kelb jew annimali domestiċi oħra għand il-vet.
  • Toffri li tagħmel ix-xiri.
  • Twassal u tmur għat-tfal l-iskola.
  • Tagħmel xi qadjiet li jista’ jkollha bżonn tagħmel.
  • Jekk ma tgħix mal-persuna, staqsi qabel iżżurha, f’każ li tkun qed tħossha ma tiflaħx ħafna.

Il-preżenza, ir-rispett u l-imħabba huma importanti ħafna u dejjem jagħmlu differenza kbira fil-ħajja tal-individwu.

Madanakollu, inħeġġu dejjem sabiex wieħed ifittex għajnuna professjonali jekk u meta jħoss il-bżonn.

L-importanza li tieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħek waqt pandemija – Danica Ann Cassar

L-importanza li tieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħek waqt pandemija – Danica Ann Cassar

Fil-klinika qed niltaqa’ ma’ ħafna problemi tas-saħħa mentali relatati ma’ ansjetà u telf ta’ direzzjoni bħala riżultat mill-pandemija.

Ilna kważi sentejn għaddejjin mill-pandemija u bħala umani qed insibuha diffiċli kultant inkomplu nissieltu mal-ħajja minħabba l-inċertezzi li qed ngħixu fihom. Hemm min jgħid imnalla ġiet dil-pandemija ghax ħadt pawża u hemm min il-pandemija ħaditlu lil xi ħadd li jgħożż jew qalbitlu ħajtu ta’ taħt fuq. Kollha qed nesperjenzaw il-pandemija b’mod uniku u differenti u għalhekk huwa tajjeb li nitkellmu dwar dak li ghaddejjin minnu.

Bil-vaċċin primarjament qed nieħdu ħsieb is-saħħa fiżika tagħna li hija importantissima. Però għad m’għandniex xi ħaġa bħal vaċċin li tipproteġina għas-saħħa mentali tagħna. Minħabba ċerti esperjenzi ta’ iżolazzjoni, biża’ u inċertezza li għaddejna minnhom wassal li tmajna is-saħħa mentali tagħna. Hemm min għandu trawma u għadu għaddej minnha tort tal-pandemija. Hemm min qed isibha diffiċli jqum filgħodu u jmur ix-xogħol. Hemm min qed iħoss l-ansjetà u ma jafx minn fejn hi ġejja. Dawn jistgħu jkunu sintomi għaliex wieħed ikun għaddej minn bidla. L-ebda bidla mhi faċli.

Ħaġa importantissima li rridu nagħmlu biex nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna hi li nirrealizzaw minn xiex għaddejjin u nitolbu għas-sapport. Dan jista’ jkun billi nitkellmu ma’ xi ħadd li jifhimna u jagħtina xi parir, xi ħadd tal-familja, kollegi jew ħbieb. Meta nitkellmu ma’ xi ħadd, speċjalment jekk huwa xi ħadd professjonali jista’ jservi ta’ gwida ta’ kif nistgħu nieħdu ħsieb tagħna nfusna u nirregolarizzaw l-emozzjonijiet tagħna.

Kultant tkun xi ftit diffiċli li nafdaw lil ħaddiehor bil-problemi u l-ħsibijiet tagħna għax forsi nibżgħu li ma jifhmuniex. Propju minħabba l-importanza tas-sapport soċjali u professjonali qed jinħolqu gruppi żgħar ta’ terapija onlajn fejn inti tista tikseb is-sapport mill-kumdità ta’ darek. L-għan ta’ dawn il-gruppi hu li jkun hemm spazju fejn tista’ titkellem u tiftaħ qalbek ma’ counsellor u tiltaqa’ ma’ nies li għaddejjin minn sitwazzjoni simili. Kultant li nkunu nafu li m’aħniex waħedna tgħin ħafna wkoll.

Issieħeb ma’ dawn il-gruppi billi tikkuntattja lil Willingness fuq 79291817 jew fuq info@willingness.com.mt biex tieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħek aħjar.

L-Enemalta tavża dwar qtugħ ta’ dawl f’diversi lokalitajiet fil-jiem li ġejjin

L-Enemalta tavża dwar qtugħ ta’ dawl f’diversi lokalitajiet fil-jiem li ġejjin

L-Enemalta qed tavża dwar possibilità ta’ qtugħ ta’ dawl f’partijiet differenti f’Malta u Għawdex minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni li jsiru b’mod regolari.

L-Enemalta tisħaq li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni huma essenzjali sabiex ikun assigurat netwerk ta’ distribuzzjoni sigur u affidabbli.

Tista’ tirreġistra wkoll għas-servizz ta’ notifika b’xejn permezz ta’ SMS u tibda tirċievi avviż minn qabel ta’ kwalunkwe xogħol ta’ manutenzjoni skedat li jista’ jaffettwa t-triq tiegħek.

Jekk għandek kont mal-Enemalta, ibgħat SMS fuq 79052492 bin-numru tal-karta tal-identità tiegħek biex tabbona għal dan is-servizz.

Dawn huma l-lokalitajiet u t-toroq li jistgħu jiġu affettwati:

Il-Belt Valletta

TRIQ IR- REPUBBLIKA, TRIQ SAN KRISTOFRU, TRIQ IL- MERKANTI , TRIQ SAN PAWL, TRIQ SAN FEDERIKU , TRIQ SANT’ORSLA
20 January 2022 00:0021 January 2022 06:00
L-Imġarr

TRIQ TA’ HAGRAT , TRIQ RAMIRO CALI , TRIQ SANTA MARIJA , TRIQ SAN PAWL
20 January 2022 04:3020 January 2022 10:00
San Pawl il-Baħar

TRIQ L- GHAXRA TA’ FRAR , TRIQ CASSARINO , TRIQ IT- TAMAR , TRIQ TAL- BILBEL , TRIQ IL- WILEG , TRIQ J.F. KENNEDY , TRIQ IL- PRUWA
20 January 2022 05:0020 January 2022 08:00
Birżebbuġa

DAWRET IL- QALB IMQADDSA , TRIQ SANTA MARIJA , TRIQ SANTA KATARINA , MISRAH TAL- QALB IMQADDSA
20 January 2022 07:0020 January 2022 15:00
Il-Furjana

TRIQ ANTONIO MAURIZIO VALPERGA
20 January 2022 07:3020 January 2022 13:00
Ħal Qormi

TRIQ L- ISQOF SCICLUNA , PJAZZA FEDERICO MAEMPEL , TRIQ L- ORATORJU , TRIQ STAGNO , TRIQ DUN MARJU , TRIQ L- GHAXRA TA’ SETTEMBRU 1456
20 January 2022 08:0020 January 2022 14:00
Il-Qala

TREJQET TA HATAR , PJAZZA R- REPUBBLIKA , TRIQ WIED IS-SIMAR , TRIQ TA’ CINI , TRIQ DUN GUZEPP VELLA , TREJQA TA’ HATAR , TRIQ IL- QALA , TRIQ TAS- SURGENT , DAHLA TAL- KNISJA
20 January 2022 08:3020 January 2022 14:30
Ħal Tarxien

TRIQ GUZEPPI MONTEBELLO , TRIQ GANNI FAURE’ , TRIQ KARLU MARATTA , TRIQ LORENZO GONZI , TRIQ WENZU DESPOTT , TRIQ IL- KAVALLERIJA , TRIQ TAL- BARRANI
20 January 2022 07:3020 January 2022 13:00
Il-Mosta

TREJQA TAL- PARROCCA , TRIQ SANT’ ANNA , TRIQ IL- KBIRA , TRIQ IL- PONT , TREJQA SANT’ ANNA
21 January 2022 04:3021 January 2022 08:30
San Gwann

TRIQ MUDEST SAPIANO , TRIQ GULIERMU LORENZI , TRIQ WIGI D’ AMATO , TRIQ IL- KAPUCCINI , TRIQ IN- NAXXAR , TRIQ SAVER ZARB , TRIQ IL- BARBAGANN , TRIQ IL- KUCCARD , TRIQ ID- DURRAJSA
21 January 2022 07:0021 January 2022 14:00
Paola

TRIQ MONS. FRANGISK XUEREB , TRIQ IT- TFIEF
21 January 2022 08:0021 January 2022 12:00
Ħaż-Żebbuġ

VJAL IL- HELSIEN , TRIQ L- IMDINA , TRIQ SAN ROKKU , SQAQ IL- QENC
21 January 2022 08:0021 January 2022 12:00
Marsaskala

TRIQ IS- SILLA , TRIQ IC- CERVJOLA , TRIQ IT- TIBEN , TRIQ IL- KAVETTI
21 January 2022 07:0021 January 2022 13:30
Marsaskala

TRIQ IL- QALIET , TRIQ IS- SILLA , TRIQ IC- CERVJOLA
21 January 2022 07:0021 January 2022 13:30
Is-Swieqi

TRIQ IT- TERZ , TRIQ IL- QANTAR , TRIQ IL- WIZNA , TRIQ IL- QASAM
22 January 2022 04:3022 January 2022 23:00
San Gwann

TRIQ TAL- BALAL
22 January 2022 07:3022 January 2022 11:30
Ir-Rabat

TAT- TILLIERA, LIMITI TAR- , TRIQ IL- LEWZ , TRIQ IL- GNIEN TAN-NIGRA , TRIQ L- ISKOLA , TRIQ IS- SAJF TA’ SAN MARTIN , TREJQET IT- TIN , TRIQ DUN NERIK BONNICI , TRIQ TAL- MARGA , TRIQ IL- KARITA’ , TRIQ IL- QASTAN , TRIQ IL- FIERA , TRIQ IL- KAPPELLA L-QADIMA , TRIQ TA’ NAMURA , TRIQ RADDET IR-ROTI , MISRAH PATRI MARTIN CARUANA O.P. , TRIQ IL- MANTELL , TREJQET IL- GEWZ
22 January 2022 08:3022 January 2022 13:00
Ħal Lija

TRIQ ID- DEJQA , TRIQ MERINO , TRIQ PREZIOSI
22 January 2022 07:0022 January 2022 16:00
Ħal Qormi

TRIQ MARJU PACE , TRIQ NIKOL MONTEBELLO , TRIQ MARCELL ATTARD VAGNOLO , TRIQ DUN GORG FENECH , TRIQ NIKOL BALDACCHINO , TRIQ L- IMDINA
22 January 2022 07:0022 January 2022 13:00
Ħad-Dingli

TRIQ MISRAH SUFFARA , TRIQ INGUANEZ , TRIQ SAN PAWL TAL-PITKALI , TRIQ IL- WATA , TRIQ L- IRDUM , TRIQ GUZE’ EBEJER , TRIQ IL- HAWLI , TRIQ IX- XEFAQ , TRIQ DUN XAND CORTIS , TRIQ GUZE’ ELLUL MERCER , TRIQ SALVU AZZOPARDI , TRIQ GUZI CUTAJAR , TRIQ IL- KNISJA , TRIQ GHAR BITTIJA , TRIQ LEMHET FILFLA , TRIQ IL- GHABEX , TRIQ GANN MARI’ ABELA , TRIQ DUN KARM AZZOPARDI
22 January 2022 05:0022 January 2022 08:00
Ir-Rabat

AREA WIED GERZUMA , KUNCIZZJONI
22 January 2022 08:3022 January 2022 13:00
Ħad-Dingli

TRIQ MISRAH SUFFARA , TRIQ INGUANEZ , TRIQ SAN PAWL TAL-PITKALI , TRIQ IL- WATA , TRIQ L- IRDUM , TRIQ GUZE’ EBEJER , TRIQ IL- HAWLI , TRIQ IX- XEFAQ , TRIQ DUN XAND CORTIS , TRIQ GUZE’ ELLUL MERCER , TRIQ CENSA SPITERI , TRIQ SALVU AZZOPARDI , TRIQ GUZI CUTAJAR , TRIQ IL- KNISJA , TRIQ GHAR BITTIJA , TRIQ SAN ROKKU , TRIQ IL- PARROCCA , TRIQ LEMHET FILFLA , TRIQ ID- DEJQA , TRIQ IL- KUNCIZZJONI , TRIQ IL- GHABEX , MISRAH GUZE’ ABELA , MISRAH FRENC ABELA , TRIQ GANN MARI’ ABELA , TRIQ DUN KARM AZZOPARDI
22 January 2022 16:0022 January 2022 19:00
Il-Qrendi

TRIQ SAN NIKOLA , TRIQ TA’ SAN NIKLAW , TRIQ TAL- PROVIDENZA , TRIQ TAL- GHARIX
22 January 2022 07:3022 January 2022 13:00
Is-Siġġiewi

SQAQ TAX- XURRAF , TRIQ TAL- LEWZA , TRIQ TAX- XURRAF
22 January 2022 07:3022 January 2022 13:00
Ir-Rabat

WIED IL-QLEJJA
23 January 2022 04:0023 January 2022 12:00
Marsaskala

TRIQ IL- QALIET , TRIQ IS- SILLA , TRIQ IC- CERVJOLA , TRIQ L- ARZELL , TRIQ IT- TIBEN , TRIQ ID- DOLMEN , TRIQ IL- BAHRIJA , TRIQ M.V. ANGEL GABRIEL
23 January 2022 06:0023 January 2022 14:00
Il-Birgu

PJAZZA TAL- BELT VITTORIOSA , TRIQ IL- LBIC , TRIQ HILDA TABONE , POST IS- SAGRA INFIRMERIJA , TRIQ SANTA SKOLASTIKA , TRIQ LA VALLETTE , TRIQ SANTA SKOLASTIKA, SQAQ NRU. 1 , TRIQ PATRI INDRI VELLA O.P. , TRIQ IL- MINA L-KBIRA , TRIQ EMANUEL ATTERD BEZZINA , TRIQ IL- MIRATUR , TRIQ SANTA SKOLASTIKA, SQAQ NRU. 2
24 January 2022 07:3024 January 2022 14:00
Marsaskala

TRIQ IL- QALIET , TRIQ TAL- GARDIEL , TRIQ IL- MAHSEL , TRIQ L- AHDAR
24 January 2022 08:0024 January 2022 12:00
Ħal Safi

TRIQ STIEFNU ERARDI , TRIQ HLANTUN , TRIQ TAL- AJZAR , TRIQ SAN GORG , TRIQ TAL- PALMA , TREJQET TARSU , TRIQ ANANIJA , TRIQ PIJU ZAMMIT , QASAM TAL- BINI TAL-GVERN , TRIQ TA’ RQAJJA , TRIQ SAN GWANN , TRIQ IL- FENICI , TRIQ IL- KWADRU
24 January 2022 08:0024 January 2022 12:00
Il-Mosta

TRIQ MONS. MIKIEL AZZOPARDI , VJAL IL- QALBIENA MOSTIN , TRIQ MADRE TEREZA
25 January 2022 04:3025 January 2022 08:30
In-Naxxar

TRIQ IL- LAMPARA , TRIQ IL- FUGASSA
25 January 2022 08:0025 January 2022 13:30
Santa Venera

TRIQ L- IMSIDA , TRIQ IT- TURRETTA , TRIQ IL- PARROCCA , TRIQ IL- KBIRA SAN GUZEPP , SQAQ IL- GNIEN
25 January 2022 08:0025 January 2022 14:00
In-Naxxar

TRIQ IL- KBIRA , TRIQ IL- GDIDA , TRIQ IS- SALIB, SQAQ NRU. 2 , TRIQ IS- SALIB, SQAQ NRU. 1 , VJAL IL- LABOUR
26 January 2022 04:3026 January 2022 08:30
Ħ’Attard

TRIQ IL- FAQQIEGH , TRIQ IS- SIENJA , TRIQ DUN MIKIEL XERRI , TRIQ IL- GIBJUN , TRIQ IL- KAPPAR
26 January 2022 07:3026 January 2022 16:00
Il-Mosta

VJAL IL- QALBIENA MOSTIN , TRIQ IX- XAGHRI TAL-HARRUB , TRIQ ZMIEN IL-BRONZ , TRIQ IL- PONT, TRIQ GDIDA FI , TRIQ WIED IL-GHASEL , VJAL RAGUSA , TRIQ CARMELO DIMECH
27 January 2022 04:3027 January 2022 08:30
Marsaskala

TRIQ IL- QALIET , TRIQ TA’ GIDWET , TRIQ IS- SIKKA , TRIQ PHILIPPE DE VENDOME , TRIQ THOMAS ASHBY , TRIQ IS- SILLA , TRIQ IS- SIBBIEN , TRIQ IX- XNEJN ABJAD , TRIQ IC- CERVJOLA , TRIQ L- ARZELL , TRIQ IT- TIBEN , TRIQ IL- KAVETTI , TRIQ ID- DOLMEN , TRIQ IL- LAMPUKA , TRIQ IR- ROZA , TRIQ TAL- HAMRIJA , TRIQ L- IMRIEKEB , TRIQ IL- MENHIR , TRIQ IL- BAHRIJA , TRIQ M.V. ANGEL GABRIEL
27 January 2022 08:0027 January 2022 14:30
Il-Mosta

TRIQ ID- DIFIZA CIVILI
28 January 2022 04:3028 January 2022 08:00
In-Naxxar

TRIQ IL- LANGAS , TRIQ IT- TUFFIEH , TRIQ IL- MITHNA , TRIQ IL- BRAZIL , TRIQ IC- CILI’ , TRIQ GIBILTA’ , TRIQ IL- HAWH
30 January 2022 06:0030 January 2022 15:00
Il-Mosta

TRIQ IL- BIEDJA , TRIQ CAMILLO SCEBERRAS , TRIQ L- GHERIEN , TRIQ GORG MITROVICH , TRIQ IL- KAPPELLA TA’ L-ISPERANZA , TRIQ IL- KATAKOMBI TAL-BISTRA , TRIQ MONS. ALAN FENECH , TRIQ MONS. EDGAR SALOMONE , TRIQ PATRI GUZE’ DELIA , TRIQ RUZAR BRIFFA , TRIQ IL- BEATA ADEODATA PISANI , IL- BEZBIZIJA, LIMITI TAL- , TRIQ FRANCESCO NAPULJUN TAGLIAFERRO , TREJQET TAL- GIZA , TRIQ IL- BIDNIJA , TRIQ IL- MISSJUNARJI MALTIN , TREJQET IL- GNIEN , TRIQ SIR TEMI ZAMMIT
02 February 2022 08:0002 February 2022 12:00

Liem huma l-favoriti tiegħek mit-22 kanzunetta semifinalista tal-MESC?

Liem huma l-favoriti tiegħek mit-22 kanzunetta semifinalista tal-MESC?

Issa tista’ tisma’ t-22 kanzunetta semifinalista tal-Malta Eurovision Song Contest!

Il-Malta Eurovision Song Contest, li bosta qiegħdin jistennew b’ħerqa kbira, se jkun qed jittella’ bejn is-17 u d-19 ta’ Frar.

Mit-22 kanzunetta semifinalista se jintgħażlu 16, li minnhom finalment tintgħażel il-kanzunetta rebbieħa. Ir-riżultat se jkun f’idejn il-ġurija u l-vot tal-pubbliku.

Dawn huma t-22 kanzunetta semifinalista:

A lover’s heart – Nicole Hammett

Aphrodisiac – Jessica Grech

Army – Janice Mangion

Boy – Denise

Come Around – Matt BLXCK

Electric Indigo – Baklava Ft Nicole

Heaven – Sarah Bonnici

Hey Little – Richard Edwards

How Special You Are – Norbert

II – Derrick

Into The Fire – Nicole Azzopardi

Kaleidoscope – Jessika

Look What You’ve Done Now – Miriana Conte

Out Of Sight – Emma Muscat

Over You – Raquel

Revelación – Giada

Rise – Francesca

Ritmu – Aidan

Serenity – Mark Anthony Bartolo

Shame – Enya Magri

We Came For Love – Malcolm Pisani

White Doves – Rachel Lowell

Liem minn dawn it-22 kanzunetta semifinalista huma favoriti tiegħek?

“Il-partner tiegħi jgħir ħafna, x’nista’ nagħmel?”

“Il-partner tiegħi jgħir ħafna, x’nista’ nagħmel?”

Hemm diversi raġunijiet għaliex il-partner jista’ jkun qed jgħir. Jista’ jkun li hemm xi ħadd barra mir-relazzjoni li jhedded lill-partner tiegħek. Huwa possibbli li l-partner tiegħek qed jgħir għar-relazzjoni li għandek ma’ ħabib jew ħabiba tiegħek . Fl-artiklu li għadda tkellimna dwar x’għandu jagħmel wieħed meta jħoss mumenti t’għira fir-relazzjoni tiegħu.

F’dan l-artiklu se nkunu qed nittrattaw x’tista’ tagħmel inti, il-persuna li qiegħed fir-relazzjoni ma’ xi ħadd għajjur.

L-ewwel sitwazzjoni li se nittrattaw hija kif tinduna li l-partner tiegħek qed jgħir:

Aċċetta l-emozzjonijiet tiegħu. Wieħed mir-rwoli tiegħek fir-relazzjoni huwa li taċċetta l-emozzjonijiet tal-partner tiegħek, anke jekk ma jogħġbukx. Importanti li tieħu ħsieb billi tiddiskutu l-emozzjonijiet tagħkom flimkien bħala koppja.

Ifhem għaliex il-partner tiegħek qed jgħir għalik. Minkejja li l-għira mhijiex emozzjoni sabiħa, dan ikun ġej minn biża’ li l-partner se jitilfek. L-għira qed tirriżulta f’ħafna rabja u uġigħ. Dan huwa r-riżultat ta’ esperjenzi negattivi li ltaqa’ magħhom fil-passat. Xorta waħda, inti tista’ tkun hemm għall-partner tiegħek.

B’dan il-mod, qed turi lill-partner empatija. Meta tkun hemm għall-partner tiegħek, qed turih li minkejja li ma taqbilx mal-għira tiegħu, inti xorta qiegħed hemm għalih biex tisimgħu u tagħtih sapport.

Ifhem li mhuwiex faċli għall-partner tiegħek speċjalment jekk persuna tkun għaddiet minn infedeltà ġo relazzjoni passata. Il-partner tiegħek mhux qed jgħir għalxejn, hemm raġuni valida għaliha. Ikkomunika sew mal-partner tiegħek biex tifhem x’inhu dak li jikkawżalu dwejjaq, x’inhu dak li weġġgħu u x’inhu dak li qed jagħmlu jgħir?

Aħseb fuq x’tista’ tagħmel inti biex il-partner tiegħek ma jħossux hekk. Jekk inti tibgħat messaġġi lil xi maħbub li kellek fil-passat, jew għandek ħabib li għandu ħafna kunfidenzi żejda mieghek, ara x’tista’ tagħmel biex toħloq sens ta’ sigurtà lill-partner tiegħek.

Mhijiex sitwazzjoni faċli meta l-partner tiegħek jgħir, għax l-għira ġġiegħel lill-partner tiegħek jipprova jikkontrollak. Ir-relazzjonijiet jirrikjedu sagrifiċċju miż-żewġ naħat. B’dan il-mod il-partner tiegħek ukoll għandu jkun flessibli għall-bżonnijiet tiegħek.

Il-komunikazzjoni hija importanti u essenzjali biex ir-relazzjoni taħdem b’mod effiċjenti . Għandek raġun li tħoss dwejjaq tara lill-partner tiegħek jgħir, speċjalment jekk inti ma tkunx tajt raġuni għall-emozzjonijiet tiegħu.

Huwa importanti li xorta waħda turi sapport u sens ta’ sigurtà fir-relazzjoni tiegħek għaliex il-partner tiegħek mhux iħossu sikur minħabba l-għira tiegħu. Ara li intom it-tnejn qiegħdin tadattaw għal xulxin, u li mhijiex relazzjoni li ġejja minn partner wieħed. Tiddejjaqx titkellem dwar l-emozzjonijiet tiegħek mal-partner tiegħek.

Jekk tixtieq taqra iktar dwar dan is-suġġett tista’ taqra iktar dwaru fl-artiklu: “Infittex fil-mowbajl tal-partner waqt li tkun rieqda” – Kif l-għira taffettwa r-relazzjoni?

Enable Notifications OK No thanks