Bil-filmat: Tislima lil Robert Arrigo fl-istadium ta’ Old Trafford

Bil-filmat: Tislima lil Robert Arrigo fl-istadium ta’ Old Trafford

Ilbieraħ ingħatat tislima lill-mibki l-On. Robert Arrigo qabel il-logħba ta’ bejn Manchester United u Tottenham, ġewwa l-istadium ta’ Old Trafford.

Arrigo, partitarju ta’ Spurs, ġie mfakkar fuq inizjattiva tal-whip Nazzjonalista Robert Cutajar, partitarju ta’ Manchester Utd.

Il-whip Nazzjonalista Robert Cutajar stqarr li dan kellu jkun messaġġ ta’ awguri għall-fejqan ta’ malajr, iżda sfortunatament kellu jinbidel f’wieħed ta’ tislima.

L-On. Arrigo se jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt it-22 ta’ Ottubru, fil-knisja ta’ San Ġiljan, fl-10 ta’ filgħodu.

Il-President ta’ Malta jsellem għall-aħħar darba lir-Reġina Eliżabetta II

Il-President ta’ Malta jsellem għall-aħħar darba lir-Reġina Eliżabetta II

Illum il-President ta’ Malta, flimkien ma’ martu Miriam jinsabu ġewwa Londra, flimkien ma’ diversi dinjitari oħra u eluf kbar ta’ nies, sabiex għada jattendu għall-Funeral Statali tal-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II.

Dalgħodu, huma marru f’Lancester House fejn iffirmaw il-ktieb tal-kondoljanzi. Wara marru f’Westminister Hall, fejn sellmu għall-aħħar darba lir-Reġina Eliżabetta II.

Il-Funeral Statali t’għada se jsir f’Westminster Abbey fil-11am (ħin Ingliż), fejn eluf ta’ nies mistennija li jattendu. Diversi screens ġew installati, kemm ġewwa Londra u kif ukoll f’ħafna rħula oħra madwar l-Ingilterra, sabiex il-pubbliku jkun jista’ jagħti ġieħ lir-renju straordinarju tar-Reġina, u l-ħajja notevoli ta’ servizz tal-Maestà Tagħha bħala Kap ta’ Stat, ta’ Nazzjon u tal-Commonwealth.

Bħalissa, il-Kummissjoni Għolja Brittanika f’Malta qed tagħti l-aħħar tislima lir-Reġina Eliżabetta II f’Villa G’Mangia.

David Beckham jemozzjona ruħu hekk kif jara t-tebut tar-Reġina

David Beckham jemozzjona ruħu hekk kif jara t-tebut tar-Reġina

David Beckham deher emozzjonat hekk kif ta tislima lir-Reġina xħin wasal ħdejn it-tebut, wara li kien għamel 13-il siegħa fil-kju.

Huwa qal lil Sky News li kien qiegħed hemm biex jiċċelebra r-Reġina “speċjali” tal-Gran Brittanja.

Huwa qal li l-ġurnalisti li din il-ġurnata kienet dejjem se tkun diffiċli, u hija diffiċli għan-nazzjon u għal kulħadd madwar id-dinja.

“Naħseb li kulħadd qed iħossha. Il-ħsibijiet tagħna huma mal-familja u ovvjament ma’ kull min qiegħed hawn illum. Għax huwa speċjali li tkun hawn, li tiċċelebra, u li tisma’ l-istejjer differenti li n-nies għandhom xi jgħidu.”
David Beckham

Żied jgħid li l-aktar mument speċjali għalih kien meta rċieva l-unur tal-Order of the British Empire. Huwa qal li dakinhar, minbarra li kien hemm il-mara tiegħu preżenti, ħa lin-nanniet tiegħu miegħu, li kienu dawk li rawmu fih ir-rispett u l-ammirazzjoni għall-familja rjali.

Huwa qal li minbarra li kiseb l-unur, ħassu xxurtjat li kellu l-opportunità li jiltaqa’ u jitkellem mar-Reġina.

Il-ġimgħa li għaddiet, Beckham qal li n-niket madwar id-dinja għall-mewt tar-Reġina juri “kemm ispiratna bit-tmexxija tagħha.”

U bilħaqq! Ma setax jonqos li dawk li kienu fil-kju ma’ David Beckham, ħadu l-opportunità biex jersqu viċin tiegħu u jieħdu xi ritratt!

Tislima xierqa u emozzjonanti lir-Reġina Eliżabetta, minn Paddington Bear

Tislima xierqa u emozzjonanti lir-Reġina Eliżabetta, minn Paddington Bear

Paddington Bear, li huwa karattru fittizju fil-letteratura tat-tfal, uża l-pjattaforma ‘Twitter’, biex isellem lir-Reġina, wara li tħabbret il-mewt tagħha.

Huwa kiteb ‘Grazzi Sinjura, ta’ kollox’.

Niftakru kif ftit tax-xhur ilu r-Reġina kienet issorprendit lid-dinja kollha b’sorpriża ħelwa waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew tal-Platinum. Fil-fatt hija kienet dehret fuq l-iskrin tieħu t-te ta’ wara nofsinhar, bis-‘sandwiches’ u l-marmellata tagħha stess, ma’ Paddington Bear, fil-Kastell ta’ Windsor. L-iskeċċ kien sorpriża anke għal xi wħud minn uliedha, neputijiet u proneputijiet li kienu fl-udjenza għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew.

Austin – Ir-raġel li ddedika ħajtu kompletament għall-annimali

Austin – Ir-raġel li ddedika ħajtu kompletament għall-annimali

Ilbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Austin, ir-raġel li ddedika ħajtu kompletament għall-annimali.

Skoprejna dwar l-imħabba u d-dedikazzjoni kbira ta’ Austin għall-annimali madwar 11-il sena ilu, meta Xarabank wassal l-istorja tiegħu.

Għal ħafna snin, Austin għex waħdu ma’ aktar minn 80 kelb u qattus, mingħajr elettriku, għaliex kien aktar importanti għalih li jagħti dak kollu li jista’ lill-annimali u jieħu ħsiebhom milli li jgħix f’ambjent aktar komdu għalih.

Minkejja dan, huwa kien jgħix kuntent u ma kienx jimmaġina ħajtu modieħor.

Austin trabba mas-sorijiet tal-Ursolini, u l-imħabba tiegħu lejn l-annimali nibtet minn ta’ età żgħira. Fil-filmat ta’ Xarabank, huwa stqarr li kellu ħajja pjuttost iebsa iżda l-annimali kienu ħajtu u li kieku ma kellux lilhom ma kien ikollu lil ħadd.

Minħabba li Austin kien marad u kellu bżonn il-kura, l-Island Sanctuary għenuh ħadulu ħafna mill-klieb u l-qtates u ħalla ftit biss miegħu.

Ċertament li dak ir-raġel, li seraq il-qlub ta’ ħafna, partikolarment dawk li jħobbu lill-annimali, madwar 11-il sena ilu, se jibqa’ mfakkar għall-persuna speċjali li kien.

L-aħħar tislima lil Austin se tingħata nhar il-Ħamis it-2 ta’ Ġunju fis-14:30 fil-knisja tal-Madonna tad-Duluri, il-Ħamrun.

Insellmulek Austin!

Enable Notifications OK No thanks