Select Page
Ix-xiri żejjed mhuwiex terapija u lanqas soluzzjoni għall-problemi – Tanja Cilia

Ix-xiri żejjed mhuwiex terapija u lanqas soluzzjoni għall-problemi – Tanja Cilia

Dan l-aħħar, sar moda il-“minimaliżmu”; nies bhal Marie Kondo saru sinjuruni bil-pariri tagħhom dwar kif għandna ngħixu ħajja bla xkiel żejjed.

Il-helwa hi li għad hawn min jaħseb li iżjed ma jkollok affarijiet, iżjed se tkun kuntent; ngħidu aħna, li jekk tant għandek flokkijiet roża li ma tafx liema wieħed se tilbes, mela allura m’għandekx għalfejn tkun frustrata, imma ferħana.

Nibqgħu fuq l-eżempju tal-flokkijiet roża; xi ħadd, xi darba, qallek kemm jixraqlek ir-roża; u dan il-kumment ħoloq kalamita fik, li tiġbdek lejn kull flokk roża li tara. Imma… għid is-sewwa, minn għoxrin flokk roża, mhux dejjem l-istess tlieta, erbgħa, tilbes?

Issib ruħek toħroġ wieħed minn dawk l-oħrajn, tħares lejh, u tgħid, u le, l-iskullatura ma tantx togħġobni… jew, dan it-ton ta’ roża ma jmurx mad-dublett li kont biħsiebni nilbes illum… jew dan il-flokk għandu riħa ta’ gwardarobba daqskemm ilni ma nilbsu… jew dan qasir wisq biex nilbsu fuq qalziet… jew sħana wisq biex nilbes qmis taħtu, u jekk nilbsu waħdu, ixewwek…

L-eżempju tal-flokkijiet roża nistgħu nwessgħuh għal dak kollu li għandna. Meta nimtlew bl-affarijiet, tant li l-kxaxen bilkemm jingħalqu, u kollox sotto-sopra, forsi nindunaw li jkun wasal iż-żmien li nnaqqsu ftit.

Imma, ikun aħjar li ma tibdiex, biex ma tasalx f’din l-estremità.

  • Apprezza l-affarijiet żgħar għax dawn iżjed siewja mill-kbar.
  • Eħles mill-kotba tal-iskola, għax żgur mhux se terġa’ tistudja minn fuqhom.
  • Ftakar li iżjed ma takkumula affarijiet, iżjed għandek xi tnaddaf.
  • Ftakar li kull ma takkwista “xomm u erfa’” jista’ ma jibqax tajjeb meta tiġi biex tużah.
  • Ftakar li ma nixtrux affarijiet bil-flus biss, iżda b’kemm sigħat ħdimna biex qlajnihom.
  • Għandek fuqhiex tara l-floppy discs u VHS tapes kollha li għandek? U jekk iva, għandek ħin għalihom?
  • Ixtri inqas, u agħti l-ħin u l-flus tiegħek lil mi n għandu bżonnhom iżjed minnek.
  • Ix-xiri la hu terapija, la hu passatemp, u lanqas hu soluzzjoni għall-problemi.
  • Iżjed faċli li qatt ma tibda drawwiet ħżiena, milli twaqqafhom.
  • Iżjed ma tixtri, iżjed tkun tixtieq affarijiet ġodda, u aħjar milli għandek.
  • Kemm tilbes żraben differenti f’xahar wieħed? Il-bqija kollha żejda.
  • Kollha se taqrahom dawk il-gazzetti u l-pubblikazzjonijiet l-oħrajn li tixtri kull nhar ta’ Ħadd?
  • Li għandek tagħti, agħtih f’ħajtek, biex tferrah lil dak li jkun, issa.
  • Mhux kemm rekkint li jgħodd, iżda dak li tagħmel b’dak li għandek.
  • Probabbli iżjed tuża labra tal-ħajta minn labra tas-suf.
  • Tħossokx obbligata li żżomm ir-rigali li taqla’, jekk ma jgħoddux għalik.
  • Tħossx li għandek timla’ kull armarju u kull kexxun li għandek fid-dar.
  • Tinsiex li r-reklami qegħdin hemm biex iħajruna nixtru ħwejjeġ li m’għandniex bżonnhom.
  • Tixrtrix affarijiet bil-ġenn, jew għax irħas, jew għax tistħi tgħid le “daqskemm ħadu paċenzja bik”; dak xogħolhom.

X’jiswa li tqatta’ nofs ħajtek takkwista l-affarijiet, u n-nofs l-ieħor teħles minnhom?

X’għandek tuża biex tnaddaf wiċċek – Josette Grech

X’għandek tuża biex tnaddaf wiċċek – Josette Grech

Mistoqsija li jkollna spiss hija; X’għandi nuża biex innaddaf wiċċi?

Importanti li nagħrfu l-bżonn ta’ kull wieħed u waħda minna.

Il-ġilda tagħna kif inhi

X’idejjaqna.

Il-problema.

Minn hemm tkun aktar faċli sabiex insibu dawk il-prodotti li huma adattati għalina.

1. CLEANSER: Dan huwa prodott li tajjeb nużawh filgħodu u filgħaxija. L-għażla tal-cleanser hija skont xi tħobb il-persuna. Tista’ tuża cleanser bit-tajjara, tista’ wkoll tuża cleanser li taħsel wiċċek bih. Micellar Water huwa komdu u effiċjenti. Jew inkella MILK OIL. Li tista’ tużah bit-tajjara u wara tlaħlaħ.

2. Wara li nkunu naddafna l-pori tajjeb li nużaw Tonic jew Hydrating Water Mist. Dan jerġa’ jagħlaq il-pori biex jelimina li jidħol ħmieġ u jkollna impuritajiet fil-ġilda tagħna.

3. Eye Cream. Dan huwa prodott importanti. Id-dawra tal-għajnejn hija fina ħafna u għalkemm għandna nieħdu ħsieb minn kmieni biex innaqqsu l-proċess ta’ linji rqaq, importanti li ma nixtrux prodott bl-addoġġ. Għandu jinxtara skont l-età u n-neċessità.

4. Day Cream: Dan huwa prodott li se jkun qed iservi ta’ protezzjoni fuq il-ġilda tagħna matul il-jum. Fis-suq hawn tipi diversi iżda dejjem immorru għall-bżonn u dak li nixtiequ li jkun ir-riżultat. Jaf ikolli bżonn krema matta għaliex għandi wiċċi żejtni. Jew inkella krema fluida għaliex irridha għal taħt il-foundation. Tista’ tuża wkoll preparazzjoni kontra t-tikmix. L-għażla hija vasta però tajjeb li dawn il prodotti nixtruhom mingħand min jista’ jigwidana tajjeb.

5. Night Cream. Din il-krema għandha valur importanti ferm, għaliex meta nkunu reqdin ikollna reġenerazzjoni taċ-ċelloli. Allura meta qed nużaw night cream. Dan qed jgħin sabiex iċ-ċelloli tagħna jkunu aktar b’saħħithom u meta nikbru jkollna ġilda ħafna aktar idratata u b’inqas effetti tal-età.

Punt importanti huwa SUNBLOCK. Għalkemm qiegħdin fi żmien xitwi tajjeb li ma ninsewx li jkollna ġranet fejn għalkemm ix-xemx ma tidhirx u ma tinħasx, tkun preżenti u jekk ikollna problemi ta’ pigmentation, dan ma jagħmilx tajjeb.

Aktar ‘il quddiem nitkellmu fuq l-użu ta’ Exfoliating Scrubs u trattamenti tal-pigmentation li jistgħu jintużaw id dar.

Jekk għandek xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ipproteġi l-ġilda ta’ wiċċek billi…. – Josette Grech

Ipproteġi l-ġilda ta’ wiċċek billi…. – Josette Grech

Kelma waħda….rispett!

Iffavorixxi l-kura tal-ġilda tiegħek b’inqas ammont ta’ kimiċi. Ir-raġuni hija sempliċi, sabiex tipproteġi l-ġilda tal-wiċċ.

Ibda billi tnaddaf wiccek filgħodu u filgħaxija. B’hekk tneħħi kwalunkwe impurità li timblokka l-pori, minn tniġġiż kif ukoll għaraq.

Illum hawn bosta prodotti li wieħed jista’ juża, ovvjament dejjem skont dak li ssib komdu għalik, pereżempju:

Jekk thobbx tuża ilma.

Jew bit-tajjara.

Dan dejjem skont il-persuna.

Importanti li meta tnaddaf għajnejk qatt m’għandek tuża l-istess tajjara. Waħda nadifa għal kull għajn.

Wara se tuża toner jew hydrating mist. Dan se jagħlaq il-pori wara li jkunu nodfa.

Agħmel eye cream.

U fl-aħħar il-moisturizer. Dan ukoll irid ikun skont it-tip tal-ġilda tiegħek u anke skont il-bżonn tiegħek.

Aktar ‘il quddiem nitkellmu fuq masks differenti u għaliex tajjeb li nużawhom.

Enable Notifications OK No thanks