Select Page
“B’qalb mimlija ferħ dalgħodu lqajna f’ħajjitna lil Ġużè” – Nicholas u Vanessa Briffa

“B’qalb mimlija ferħ dalgħodu lqajna f’ħajjitna lil Ġużè” – Nicholas u Vanessa Briffa

Ftit tal-ħin ilu, il-psikologu Nicholas Briffa ħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, li dalgħodu twieled binhom, iċ-ċkejken Ġużè.

Bil-grazzja t’Alla, bl-għajnuna ta’ xi biċċa kejk żejda ta’ San Martin u b’qalb mimlija ferħ dalgħodu lqajna f’ħajjitna lil Ġużè.

Huwa feraħ lil martu, Vannessa, tal-kuraġġ impekkabbli tagħha.

Irringrazzja wkoll lill-istaff kollu tal-isptar Mater Dei tas-servizz empatiku li tawh, “anke meta jiena bħala missier ħassejtni vulnerabbli u anzjuż b’dak li kien qiegħed iseħħ.”

Filwaqt li rringrazzja wkoll lil pulizija li eskortawhom minn Ħal Qormi sa’ l-isptar, huwa appella biex meta tinqala’ tali emerġenza wieħed dejjem għandu jċempel fuq 112 “u jieħdu ħsiebkom huma.”

F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw lill-psikologu Nicholas Briffa u lill-mara tiegħu.

“M’hemmx għalfejn indaħħlu l-abort biex insalvaw lill-omm” – L-Arċisqof

“M’hemmx għalfejn indaħħlu l-abort biex insalvaw lill-omm” – L-Arċisqof

Waqt l-omelija fil-festa ta’ San Ġwanni l-Battista, l-Arċiqof Charles Scicluna qal li m’hemmx għalfejn indaħħlu l-abort biex insalvaw lil-omm.

Filwaqt li saħaq dwar l-importanza ta’ din il-festa, għaliex qal li t-twelid ta’ kull tarbija ġġib il-ferħ, l-Arċisqof sellem lil dawk il-ġenituri li qed jistennew tarbija.

“…u nitolbu wkoll għall-koppja partikolari li qed tistenna tarbija u hemm id-diffikultajiet fit-tqala, biex it-tobba jagħmlu kulma jistgħu biex isalvaw kemm lit-tarbija u kemm lill-omm.”

L-Arċisqof Charles Scicluna

L-Arċisqof qal li jekk ma tistax issalva t-tarbija, l-ebda liġi ma tgħidlek li l-omm tħalliha tmut, lanqas il-liġi ta’ Malta. Saħaq li m’hemmx għalfejn indaħħlu l-abort biex insalvaw lill-omm.

Cristiano Ronaldo jaqsam ritratt tiegħu ma’ bintu li twieldet ftit jiem ilu – Rajtu?

Cristiano Ronaldo jaqsam ritratt tiegħu ma’ bintu li twieldet ftit jiem ilu – Rajtu?

Cristiano Ronaldo qasam ritratt tiegħu jżomm lil bintu tat-twelid, inqas minn ġimgħatejn wara li miet ħuha t-tewmi.

L-attakkant ta’ Manchester United u s-sieħba tiegħu Georgina Rodriguez, ta’ 28 sena, ħabbru li binhom kien miet mat-twelid fit-18 ta’ April, iżda oħtu t-tewmija baqgħet ħajja.

Ronaldo, ta’ 37 sena, li diġà għandu tifla ta’ 4 snin ma’ Rodriguez, kif ukoll tlett itfal oħra, tella’ ritratt iswed u abjad fuq Instagram tiegħu mingħajr flokk waqt li jgeddes miegħu lit-tarbija.

Ir-ritratt kien akkumpanjat bit-titlu “Forever Love” u kellha wkoll emoji ta’ qalb.

It-tarbija dehret liebsa skufja, li wassal biex ħafna mis-segwaċi ta’ Ronaldo wieġbu bi qlub ħomor.

Il-koppja għadha ma żvelatx l-isem li għażlu għat-tifla ċkejkna tagħhom.

Nisa tqal pożittivi għall-Covid jistgħu jkollhom persuna magħhom waqt it-twelid tat-tarbija

Nisa tqal pożittivi għall-Covid jistgħu jkollhom persuna magħhom waqt it-twelid tat-tarbija

Id-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li fl-isptar Mater Dei, b’effett immedjat, nisa tqal li jkunu pożittivi għall-Covid-19 se jitħallew ikollhom persuna magħhom waqt it-twelid tat-tarbija.

F’każ li s-sieħeb tal-omm ikun kwarantina mandatorja u ma jkollu l-ebda sintomi tal-Covid-19, se jitħalla wkoll ikun mal-omm waqt it-twelid tat-tarbija.

Enable Notifications OK No thanks