“Qed tgħidilna li għandna nżommu t-tifel id-dar”

“Qed tgħidilna li għandna nżommu t-tifel id-dar”

Bħalissa t-TwoPapas għaddejjin minn sitwazzjoni mhux daqstant sabiħa ghax sabu persuna li qed tweġġagħhom.

Jistqarru li qed jagħmlu dan il-clip biex jgħallmu kif wieħed għandu joqgħod attent kif jitkellem u x’jibgħat għax jista’ jweġġa’ lil ħaddieħor.

Jirrakkontaw il-messaġġ li rċevew fuq it-tifel tagħhom ta’ 6 snin Santiago. “Irċevejnieh mingħand persuna li għandha tifla fil-klassi tat-tifel tagħna. Qaltlna li l-aġir tat-tifel huwa inaċċettabbli u li aħna għandna nżommu t-tifel tagħna d-dar għax l-imġiba tiegħu huwa abbużiv, surreali u mhux soċjevoli, u qed tikkmandana biex jitneħħa t-tifel tagħna minn mat-tifla tagħha.”

Jistqasu l-għaliex din il-mibegħda lejn ħaddiehor? Nafu li hawn tfal b’kundizzjoni. Jistqarru li jafu li għandu kundizzjoni u li huma wiegħdu li jgħinuh meta addottajnieh. “Għadna ngħidu lit-tfal tagħna li hemm tfal li għandhom kundizzjoni u li għandna ngħinuhom tfal bħal dawn. Din tissejjaħ inklużjoni. Inħossni mweġġa’ b’din is-sitwazzjoni.”

Over the last four years we showed everyone our positive moments of our lives. We kept most of our challenges hidden in…

Posted by TwoPapasMalta on It-Tnejn, 23 ta’ Jannar 2023

Enable Notifications OK No thanks