Select Page
“Kif nista’ nsib ftit armonija biex din il-qalb issib ftit mistrieħ?” – Lynn Aquilina

“Kif nista’ nsib ftit armonija biex din il-qalb issib ftit mistrieħ?” – Lynn Aquilina

It-tajjeb dejjem jitqabad mal-ħażin.

Imnalla jkun xi ħadd twajjeb u ħanin.

Li jfakkarni li l-ħażin m’għandux l-aħħar kelma.

Għalkemm jista’ jkun li neħħa dak kollu li hu tajjeb u bnin.

Ngħix qalb ħafna niket u tbatija.

Kif nista’ nsib ftit armonija?

Biex din il-qalb issib ftit mistrieħ

U d-dwejjaq u li hemm tinsieh.

Inħares u nitpaxxa bl-isbuħija tal-fjuri.

B’ilwienhom jagħtu l-ħajja ġdida l-unuri.

F’dan l-istaġun sabiħ tar-rebbiegħa

Nistaqsi lili nnifsi kif fuq l-imrar tal-ħajja nista’ noħroġ rebbieħa

Mingħajr ma nitlef il-kuraġġ biex b’hekk inkun dejjem ħabbrieka.

Evidenza (L-ewwel parti minn erbgħa) – Rakkont minn Dr Sharon Calleja

Evidenza (L-ewwel parti minn erbgħa) – Rakkont minn Dr Sharon Calleja

Ħarist lura lejn il-kuritur l-abjad.
Il-ħsejjes familjari.
Ir-riħa li tant kont drajt.
Il-passi taż-żraben tal-gwardjani jtektku ġo moħħi.
Kien kollox għadu frisk ġo moħħi.
Qisu lbieraħ.
Qisu hawn ġew iż-żmien lanqas biss kien għadda.
“Trevor! Mela trid tibqa’ hawn ġew?” smajt leħen il-gwardjan ta’ maġenbi, jaqtagħni minn ġewwa.
Kienu għaddew ħamsa u għoxrin sena.
Magħluq bejn dawn l-erba’ ħitan.
Kont għaddejt l-isbaħ żmien ta’ ħajti hawn.
Hawn ġew bħal eremit.
Kienu ħammġuli unuri.
Kienu ċaħħduni minn dak kollu li kont inħobb nagħmel.
Minħabba lejl wieħed.
Lejl li jiena lanqas biss kont naf eżatt x’kien ġara fih.
Dak il-lejl misħut fejn kont ħriġt ma’ ħija Jonas u l-oħrajn.
U skont il-pulizija, dak il-lejl stess kien instab mejjet wieħed li jiena qajla kien jimpurtani minnu.
Eżamijiet forensiċi.
Dawk tossoloġiċi.
Xhieda.
Provi.
Kollox kien ġie kontrija.
Għadni niftakar kollox qisu kien ilbieraħ.
“Trevor, inti tinsab akkużat fuq il-qtil brutali ta’ Kevin Gauci mill-Mosta………” leħen l-ispettur kien għadu frisk ġo moħħi qisu kien jiġi fiċ-ċella ħdejja u joqgħod jgħidhieli kuljum biex jinkini. Biex iweġġagħni.
Imma kont naf…………
Kont naf li x’aktarx mhux jien kont.
Ippruvajt infehmhom li jiena kont xurban.
Li ma kont naf xejn x’kien ġara.
Kont daħna.
Żibel.
Ma kontx rajt art dak il-lejl faħxi.

Ir-rakkont ikompli l-ġimgħa d-dieħla…

L-Award Winning film Kużra ta’ Lara Azzopardi – Meta nistgħu narawh?

L-Award Winning film Kużra ta’ Lara Azzopardi – Meta nistgħu narawh?

Id-dokumentarju Kużra, b’direzzjoni u produzzjoni ta’ Lara Azzopardi, li rebaħ żewġ unuri prestiġjużi fil-Ġermanja u fl-Istati Uniti, issa se jkun qed jintwera wkoll f’pajjiżna.

Dan id-dokumentarju qajjem interess kbir f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, u ma jistax jonqos li ħafna minna ninsabu ħerqanin biex insegwu din il-produzzjoni.

Nhar il-Ħadd li ġej fuq TVM fl-22:05 se tkun tista’ ssegwi Kużra filwaqt li tanalizza l-kunċett, perspettivi u kontroversji marbutin ma’ dan id-dokumentarju.

Il-programm Xarabank jirbaħ żewġ unuri – Malta Journalism Awards

Il-programm Xarabank jirbaħ żewġ unuri – Malta Journalism Awards

Illejla fil-Malta Journalism Awards, il-programm Xarabank jirbaħ żewġ unuri.

L-Unur għall-aqwa feature tas-sena 2019 u kif ukoll Peppi Azzopardi rebaħ wieħed mill-aktar unuri prestiġġjużi f’dawn l-awards, dak tal-Gold Award ippreżentat mill-President Emeritus l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca.

It-tim ta’ Xarabank jirringrazzja lit-telespettaturi li kienu u baqgħu jsegwu l-programm, li flimkien mat-tim kollu iddedikat, kienu parti mis-suċċess ta’ dan ir-riżultat.

Kif qalu fuq il-paġna tagħhom stess, minkejja li Xarabank fuq it-televiżjoni spiċċa, se jkompli jixxandar online fuq il-paġna ta’ Xarabank u fuq Lovin Malta.

Awguri lit-tim ta’ Xarabank! Awguri Peppi!

Enable Notifications OK No thanks