Select Page
Filmat: Tfal u żgħażagħ li kienu taħt il-kura ta’ Dr Calvagna jagħtuh l-aħħar tislima bi fjura bajda

Filmat: Tfal u żgħażagħ li kienu taħt il-kura ta’ Dr Calvagna jagħtuh l-aħħar tislima bi fjura bajda

Mument emozzjonali miċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tal-Konsulent maħbub Victor Calvagna kien il-mument fejn waqt li fl-isfond kienet qed tiġi kantata l-kanzunetta I Miss You, tfal u żgħażagħ li kienu taħt il-kura ta’ Dr Calvagna tawh l-aħħar tislima bi fjura bajda.

Ċertament Dr Calvagna se jibqa’ f’qalb dawn it-tfal u ż-żgħażagħ li bis-saħħa tad-dedikazzjoni u l-imħabba tiegħu setgħu wkoll ikunu preżenti sabiex huma wkoll jagħtuh l-aħħar tislima.

Konsulent li ta servizz b’dedikazzjoni u mħabba – X’differenza għamel Dr Calvagna f’ħajtek?

Konsulent li ta servizz b’dedikazzjoni u mħabba – X’differenza għamel Dr Calvagna f’ħajtek?

Waħda mit-traġedji li bħalissa qiegħdin fuq fomm kulħadd hija dik li wasslet għat-telfa kbira mhux biss għall-familja tiegħu u dawk qrib tiegħu, iżda wkoll għall-pajjiżna, partikolarment dawk il-pazjenti kollha li xi darba jew oħra kellhom kuntatt ma’ Dr Calvagna.

Victor Calvagna, Konsulent tat-tfal morda bil-kanċer u President ta’ Puttinu Cares, miet fl-età ta’ 63 sena, ġimgħa wara li ttajjar minn karozza.

Il-mewta traġika tiegħu qajmet reazzjonijiet u emozzjonijiet ta’ diqa, dispjaċir, u forsi anki ta’ rabja, iżda qajmet ukoll reazzjonijiet ta’ mħabba, apprezzament u gratitudni lejn dan il-bniedem li ddedika ħajtu għal dawk li kienu jiġu bżonn is-servizz tiegħu.

Ħafna nies, partikolarment pazjenti u familjari tagħhom qed isellmu lil Dr Calvagna u jesprimu l-impatt li ħalla f’ħajjithom iddeskrivuh mhux biss bħala l-konsulent tagħhom jew ta’ wliedhom iżda wkoll ħabib, li kienu jsibuh f’kull ħin tal-ġurnata.

Bosta semmew il-fatt li mingħandu mhux biss irċevew għajnuna medika iżda wkoll sapport morali li għenhom jikkumbattu ż-żmien diffiċli li kienu fih.

Bla ebda dubju, Dr Calvagna se jibqa’ ħaj fil-qlub, u l-ħajja ta’ dawk li xi darba jew oħra kellhom kuntatt miegħu, u fil-legat li ħalla warajh.

Bħala tislima xierqa lil Dr Calvagna, u sapport lill-familja tiegħu u dawk qrib tiegħu, ħsibna biex nistaqsu lilek li qed taqra dan l-artiklu sabiex taqsam magħna hawn taħt, il-memorji tiegħek ma’ dan il-Konsulent tant maħbub u x’impatt għamel f’ħajtek.

Filmat: Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq Caritas Malta – Maratona ta’ Mħabba – Nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru

Filmat: Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq Caritas Malta – Maratona ta’ Mħabba – Nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru

Caritas Malta ilha għal dawn l-aħħar 50 sena sservi lis-soċjetà bis-servizzi tagħha kollha bla ħlas.

Caritas Malta tgħin lil dawk il-persuni li fis-socjetà tagħna għandhom bżonnijiet partikolari u dejjem viċin dawk l-aktar vulnerabbli. Dan tagħmlu permezz ta’ professjonisti fil-qasam tal-ħidma soċjali permezz ta’ counselling, interventi fuq il-postijiet tax-xogħol, gruppi ta’ sapport terapewtiċi, Community outreach u servizzi kontra l-abbuż tad-droga permezz ta’ ċentri ta’ riabilitazzjoni. Caritas Malta kienet il-pijuniera li madwar 35 sena ilu bdiet b’dawn is-servizzi għal min jabbuża mis-sustanzi grazzi għall-viżjoni li kellu dak iż-żmien id-Direttur Monsinjur Victor Grech.

Nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru, Caritas Malta se tkun qed torganizza Maratona ta’ Mħabba, maratona ta’ ġbir ta’ fondi li l-entità tant għandha bżonn biex tkompli tevolvi is-servizzi tagħha, liema servizzi jingħataw kollha bla ħlas.

Din il-maratona se tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha bejn nofsinhar u nofsillejl fuq l-istazzjonijiet viżivi kollha fejn minbarra li se jsiru appelli tal-ġbir, se jingħata wkoll għajnuna lil dawk li jċemplu li għandhom bżonn min jgħinhom.

Għal iktar informazzjoni wieħed imħeġġeġ li jċempel fuq 21331000

In-numri tad-donazzjonijiet huma:

51002035            -              €20

51902089            -              €50

Pledge Line – 21331000

How to Share With Just Friends

How to share with just friends.

Posted by Facebook on Friday, December 5, 2014
Enable Notifications OK No thanks