Missio Malta għadha kif bagħtet l-ewwel grupp ta’ voluntiera Maltin wara waqfa ta’ 3 snin minħabba l-pandemija, sabiex iwettqu ħidma missjunarja.
Fil-fatt, grupp ta’ 12-il persuna, telqu minn Malta il-ġimgħa li għaddiet, u issa jinsabu fil-Filippini fejn qed iwettqu xogħol b’risq proġett ta’ Eko-agrikoltura kif ukoll it-tiswija ta’ Mission Station li ġġarrfet kawża tal-eruzzjoni ta’ vulkan fl-2021.
“Huwa ta’ sodisfazzjon għalina li erġajna qbadna r-ritmu tal-ħidma tagħna wara 3 snin ta’ interruzzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Għal Missio Malta, is-saħħa u s-sigurtà tal-voluntiera tagħna huma prijorità assoluta, u għalhekk nagħmlu l-almu tagħna sabiex innaqsu kull riskju possibbli,” qal il-Kap tal-Komunikazzjoni u Ġbir ta’ Fondi ta’ Missio Malta, is-Sur Robert Farrugia.
Il-grupp, li huwa mmexxi minn Fr Victor Agius se jdum fil-Filippini madwar għoxrin ġurnata, madanakollu il-preparamenti għal dan il-vjaġġ ilhom għaddejjin diversi xhur.
Il-grupp tal-voluntiera organizzaw bosta attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi sabiex ikunu jistgħu jsiru l-proġetti.
Il-proġetti fil-Filippini huma kkordinati minn Fr. Andrew Camilleri.
Kull għajnuna u donazzjonijiet għal dawn il-proġetti huma ferm apprezzati.
“Matul l-esperjenza tiegħi bħala studenta tal-Youth & Community Studies, kelli l-opportunità li nkun attiva fi programm ta’ tliet xhur ma’ żgħażagħ b’diżabilità. Din kienet waħda mill-aktar esperjenzi li għallmuni matul il-kors. Meta tikkomunika ma’ żgħażagħ, wieħed jiżviluppa programmi skont l-interessi u l-ideat tagħhom stess.
Bħala voluntiera ħassejtni mgħejuna ħafna, speċjalment permezz ta’ laqgħat ta’ superviżjoni kull xahar, fejn stajt niddiskuti bżonnijiet jew ħsibijiet li seta’ kelli waqt li niċċelebraw is-suċċessi li kellna. Apparti li din kienet esperjenza li għamilt bħala parti mill-istudji tiegħi, kienet ukoll esperjenza li tatni ħafna lura fuq livell personali għax persuni b’diżabilità għandhom ħafna x’jagħtu lura.”
Din hi l-esperjenza li qasmet magħna Claire Custò, studenta tal-Università wara li għamlet esperjenza mas-servizz Sharing Lives bħala parti mill-istudji tagħha. Bħal din l-esperjenza, għandna diversi oħrajn, kemm minn studenti bħal Claire kif ukoll minn persuni u entitajiet li taw sehemhom b’mod volontarju għas-servizz Sharing Lives.
Sharing Lives hu servizz immexxi minn Aġenzija Sapport li l-għan tiegħu hu li jlaqqa’ flimkien persuni b’dżiabilità u volontiera b’għan li jiżviluppaw ħbiberiji u tiżdied l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità fil-komunità.
Għalhekk, il-voluntiera huma strumentali sabiex iwasslu attivitajiet varji jew kuntatt soċjali fuq bażi individwali lil dawn il-persuni b’diżabilità li forsi jkunu qed iħossuhom esklużi minn attivitajiet soċjali, kulturali, sportivi u oħrajn.
Bħalissa Aġenzija Sapport qed tilqa’ applikazzjonijiet minn persuni li għandhom ‘il fuq minn 16-il sena u li jixtiequ joffru ftit mill-ħin tagħhom. Dan jista’ jkun ukoll parti mill-istudji tagħhom fil-livell post-sekondarju jew terzjarju iżda mhux biss. Dawk li jagħmlu 30 siegħa jew aktar, jingħataw ukoll ċertifikat. Il-voluntiera kollha jingħataw superviżjoni u sapport minn professjonisti matul l-esperjenza tagħhom.
Meta persuna tapplika biex tkun voluntiera ssir laqgħa fejn professjonisti mit-tim ta’ Sharing Lives jiltaqgħu mal-persuna sabiex jiddiskutu u jiġi ddeterminat l-aħjar mod kif jingħata l-kontribut tagħha. Wieħed m’għandux għalfejn ikollu esperjenza sabiex jingħaqad mat-tim ta’ voluntiera ta’ Sharing Lives. Flimkien naraw x’inhuma l-abilitajiet u l-interessi kemm tal-voluntiera kif ukoll tal-klijenti, u minn hemm jibdew jiġu diskussi u organizzati inizjattivi b’superviżjoni minn professjonisti.
Min hu interessat li jingħaqad mat-tim ta’ voluntiera ta’ Sharing Lives jista’ jżur is-sit tal-Aġenzija Sapport: www.sapport.gov.mt u japplika onlajn jew iniżżel kopja tal-applikazzjoni, iċempel fuq il-Helpline tal-Aġenzija (Freephone 153 u għafas 5) jew inkella l-uffiċini fuq 2256 8000 (Malta) u 2156 9909 (Għawdex).
Wieħed jista’ wkoll imur fuq il-paġna ta’ Facebook jew Instagram fejn wieħed jista’ jibqa’ aġġornat fuq il-ħidma tal-Aġenzija u l-attivitajiet li qed isiru f’Sharing Lives.
Aġenzija Sapport hi l-aġenzija nazzjonali għal persuni b’diżabilità li toffri numru ta’ skemi u servizzi lil persuni b’diżabilità u familjari tagħhom.
Waqt żjara fi klinika tat-tilqim f’Kennington, fin-nofsinhar ta’ Londra, il-Prinċep Charles ikkritika dawk li skont hu huma teoriji ta’ konspirazzjoni dwar il-vaċċin tal-Covid-19.
Hekk kif ta’ ġieħ lit-tim mediku u l-voluntiera tal-klikka li qed jaħdmu biex jagħtu madwar 3,000 tilqima tal-booster kuljum, huwa qal li t-teoriji ta’ konspirazzjoni huma frustranti u ma jagħmlux sens.
Huwa ltaqa’ u tkellem ukoll ma’ xi wħud li kienu qed jistennew biex jieħdu l-booster tagħhom.
Iż-żjara tal-Prinċep Charles fiċ-ċentru tat-tilqim saret ġimgħa wara li hu u Camilla żvelaw li ħadu l-booster tagħhom u ħeġġew lin-nies biex jagħmlu l-istess.
Il-Prinċep Charles mhuwiex l-ewwel membru tal-familja rjali li tkellem fil-miftuħ dwar informazzjoni ħażina dwar il-vaċċin.
Meghan u l-Prinċep Harry fil-fatt ilhom jikkampanjaw favur il-vaċċin tal-Covid-19 minn nofs din is-sena.
Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex tkellmu wkoll f’diversi okkażjonijiet dwar l-importanza li tiġi eliminata kull informazzjoni ħażina u falza dwar il-vaċċin biex in-nies madwar id-dinja jkunu aktar kunfidenti biex jipproteġu ruħhom kontra l-Covid-19.
Wasalna għat-tieni dar iddedikata għall-persuni b’ALS u mard newroloġiku ieħor f’6 snin. Tul dawn is-snin Bjorn, Maria u tim ta’ voluntiera dejjem raw kif jistgħu biex jorganizzaw attivitajiet biex jinġabru l-flus. Il-proġett ta’ DAR Bjorn il-ġdida li tinsab f’Ħaż-Żebbuġ miexi ġmielu u jonqos l-aħħar ftit sforz biex jinġabru l-fondi ħalli nkunu nistgħu nimlew id-dar b’għamara, tgħammir elettroniku u kull tip ta’ furnishings li għandna bżonn.
Id-dar se tkun mgħammra bl-aqwa teknoloġija sabiex pazjent b’ALS ikun jista’ jgħix b’mod indipendenti kemm jista’. Din id-dar se jkollha faċilitajiet ta’ indoor pool sabiex jintuża bhala terapija kif ukoll se jkun hemm kappella biex ikun hemm funzjonijiet reliġjużi u gym biex iservi ta’ eżerċizzju għar-residenti. Din id-dar se tiffaċilita l-ħajja ta’ ħafna pazjenti b’ALS.
L-aħħar maratona ta’ ġbir ta’ fondi għal din id-dar se tkun nhar il-Ħadd, 26 ta’ Settembru bl-isem ‘926 to finish’. Fejn 9 jirrapreżenta x-xahar tal-avveniment, u 26 hija d-data. L-isem jirrapreżenta s-somma ta’ kemm fadal jinġabru flus sabiex DAR Bjorn il-ġdida tkun possibbli.
Il-lista ta’ persuni li qed jistennew b’ħerqa kbira li din id-dar se tinfetaħ ma tispiċċa qatt. Il-pazjenti kollha li qed jitolbu l-għajnuna minn ALS Malta qedgħin jiġu provduti tgħammir elettroniku u servizzi ta’ kura u terapiji b’xejn. Bħalissa ALS Malta qed tgħin ‘il fuq minn 200 pazjent madwar Malta u Għawdex.
Il-proġett ta’ DAR Bjorn se jkun qed jiswa €5.5 miljuni li minnhom 85% diġa ġew miġbura, grazzi għall-maratoni li għamilna tul is-snin, attivitajiet żgħar u bejgħ ta’ prodotti minn www.maltaoutlet.com
Kull qatra tgħodd biex tinfetaħ din il-binja li se tkun id-dar ta’ pazjenti li ħaqqhom jgħixu ħajja aħjar.
Tista’ minn issa tgħin lil ALS Malta tkompli tgħin lil aktar pazjenti billi;
Iċċempel fuq 5170 2016 – Euro 15 5100 2017 – Euro 20 5180 2018 – Euro 25
Tibgħat SMS 5061 9271 – Euro 11.65 5061 8936 – Euro 6.99
Jew tibgħat donazzjoni bil-BOV Mobile pay fuq in-numru 79096249
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.