Xtaqt kont werqa alka fuq wiċċ il-baħar. Kieku ħadd ma kien isibni. Ħadd ma kien iweġġagħni. Kont inkun bla emozzjonijiet. Kien ikun aktar faċli. Ħafna aktar faċli. Imbagħad ftakart li kont għadni x-xogħol, erġajt ftaħt għajnejja, ħallejt il-viżta terġa’ toqgħod lura għad-dawl qawwi li kien dieħel mit-twieqi u erħejtilha b’ġirja waħda lejn il-lift. Kont naf li kont qiegħda waħdi hawn fuq, għax dejjem jiena kont nitlaq lejn id-dar l-aħħar waħda. Dan ix-xogħol kien għal qalbi. U għalkemm kemm kien ilu li telaqni André kont waqajt lura f’ħafna oqsma, ix-xogħol kien jagħtini ċertu sens ta’ wens. Meta kont inkun qiegħda hawn, kont inħossni nehda fix-xogħol. Malli nfetħu l-bibien tal-lift, dħalt niġri ġo fih qisni waħda tlaqt minn moħħi. Ħassejtni nieżla l-ħames sulari li kien hemm u sibt ruħi fl-apertura familjari tal-ħġieġ li kienet tieħdok ‘il barra. “Ċaw għalikom…….” sellimt liż-żewġt irġiel li kienu appik biex jibdew jieħdu l-pensjoni u mingħajr ma tajthom ċans jibdew parlata bla sens tas-soltu li kienet tirrepeti ruħha kull filgħaxija, ħaffift lejn it-triq, inżomm il-basket f’idi u nkebbeb il-kowt eqreb lejja għall-irdoss. Għalkemm kien diġà kważi Marzu, kien għadu qed jagħmel is-sirda u ħassejt ir-riħ frisk ta’ barra jmellisli wiċċi u jikxifli xagħri lura minn ma’ wiċċi. Din il-parti tar-raħal kienet tkun mimlija nies, min għaddej jixtri, min sejjer passiġġata, min lesta mix-xogħol, min kien sejjer jiekol ikla mal-familja…………….u kulħadd għaddej b’ħajtu. U t-takkuna taż-żarbun tiegħi ma smajthiex ittakkan, bl-istorbju li kien hawn. Dak il-ħin waqaft u dort inħares lura lejn il-bini fejn kont naħdem. It-tabella kbira tal-azzar, il-ħġieġ modern li kien iżejjen dan il-bini ddisinjat mill-aqwa disinjaturi ta’ Malta u l-irtokki perfetti tal-faċċata, kienu jagħmluh bini distint u ta’ ċertu preġju. Iżda bħalissa ftit kien jimpurtani minn dan. F’dak il-preċiż mument, ħassejt qisu ħsieb jidħol f’moħħi. Ħassejt li kont insejt xi ħaġa warajja. Hemm fuq. Ġo dak l-uffiċju. Ġieli ġralkom hekk? Tħossu li tkunu insejtu xi ħaġa x-xogħol warajkom? Kemmixt moħħi u bdejt ingerger minn taħt. Ressaqt il-basket li kelli mdendel ma’ kusi quddiem wiċċi u ftaħtu, ngħammex għajnejja bix-xemx li kienet għadha b’saħħitha. Bdejt ngħawwar idi ġo fih u ħriġt il-mobajl. Imbagħad il-portmoni mdaqqas, imbagħad iċ-ċavetta tad-dar. “Fidila……..” għedt minn taħt, poġġejt kollox lura f’postu u tlaqt ‘l hemm, nimxi lejn il-parkeġġ ħalli noħroġ bil-mixi min-naħa ta’ wara u nkun eqreb lejn id-dar. Billi ma tantx kelli bogħod lejn l-appartament fejn kont noqgħod, kont niġi bil-mixi. Filgħodu ma tantx kont issib fejn tipparkja u l-parkeġġ kien ikun imbullat karozzi ta’ kull tip u lewn.
Leto hija l-ewwel wirja għal Andrew E Zarb , fejn se jkun qiegħed jesibixxi esklussivament xogħlu. Din il-wirja se ssir bejn l-4 ta’ Frar u t-18 ta’ Frar ġewwa Art by the Seaside (65, triq il-Mina) l-Isla. Art Gallery li fetħet fl-2021 u li diġà qabdet ritmu tajjeb fix-xena tal-arti.
Leto fil-mitoloġija Griega hija Alla tal-maternità u l-umiltà. L-isem juri ċar it-tema ta’ din il-wirja, fejn permezz ta’ ritratti se naraw ommijiet fil-ġmiel kollu tagħhom, huma min huma u huma ta’ liema forma huma.
F’Leto ċerta li kull min se jattendi se jħoss ċertu paċi u ċertu sens ta’ wens, ħsus li jafu jħallu l-ommijiet biss fuq l-ulied. Tajjeb li nsemmi wkoll li f’din il-wirja Andrew jiftakar ukoll f’dawk l-ommijiet li għaddew għad-dinja l-oħra; li ċertament hija firda li ma nafx hawnx agħar minnha.
Andrew E Zarb tgħallem waħdu s-sengħa tal-fotografija. Din il-passjoni bdiet meta fl-2016, wara operazzjoni sab ruħu ġo sodda għal tliet xhur sa ma rkupra. Waqt dan il-perjodu sab ċans ifittex u jitgħallem fuq id-dinja tal-fotografija.
Beda b’diversi stili sa ma minn tliet snin ilu ‘l hawn ħassu komdu jiffoka fuq in-nudiżmu. Nudiżmu li juri b’eleganza kemm kull figura umana hija perfetta hi kif inhi, li jqanqal ħsus sottili ta’ ġmiel divin f’min japprezza dan ix-xogħol.
Mil-lenti t’Andrew naraw kif xogħlu jdur mal-ġisem uman. Jiffoka fuq dettalji, pożi u idealment bla użu ta’ props. Fix-xogħlijiet naraw prominenza femminili, dan minħabba l-fatt li mudelli maskili huma iktar rari biex isib. Iktar u iktar meta jaħdem fil-maġġoranza ma’ mudelli li mhumiex professjonali imma nies li jitħajru jippużaw, uħud anke biex jgħelbu ċerti ideat li ħolqu kontra l-apparenza tagħhom.
Imwielda fil-belt ta’ New York ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka iżda residenti ġewwa r-raħal pittoresk ta’ Għajnsielem f’Għawdex, il-kantanta Charlene Rae għandha mħabba kbira lejn il-lingwa Maltija, kif ukoll lejn il-ġeneru ta’ mużika rock, tant hu hekk li tagħmel mill-aħjar li tista’ biex tamalgamhom flimkien. Dan kien il-punt tat-tluq għall-kanzunetta L-Isbaħ Fjura.
Fuq kompożizzjoni ta’ Glen Vella, lirika ta’ Emil Calleja Bayliss u produzzjoni ta’ Matteo Depares, L-Isbaħ Fjura hija kanzunetta oriġinali bil-Malti li Charlene Rae, permezz tal-paġni uffiċjali fuq Facebook u Instagram iddiskreviet bħala “personali, dedikazzjoni għal missieri, bniedem lli għalkemm ħalla ħafna swied ta’ qalb, tani ħafna kuraġġ tul ħajti”.
Ritratt minn Owlet Photography
L-għażla tad-data tat-tnedija tal-kanzunetta, il-Ġimgħa 18 ta’ Ġunju ma kinitx b’kumbinazzjoni iżda waħda bi ħsieb, għaliex hija l-aħħar ġurnata tal-ġimgħa qabel tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Jum il-Missier. Għaldaqstant, Charlene Rae flimkien mat-tim tagħha ħasbu li l-messaġġ ta’ din il-kanzunetta jista’ joffri wens lil dawk li tilfu lill-għażiż missierhom.
Il-kanzunetta L-Isbaħ Fjura, hija akkumpanjata minn vidjo ta’ lirika, maħdum minn Angie u Duane Laus ta’ Lava Graphics, fejn l-iskop hu li wieħed jifhem aktar r-relazzjoni bejn missier u bint, permezz tal-lirika mirquma bl-aktar mod sentimentali.
Il-kanzunetta L-Isbaħ Fjura hija disponibbli biex tindaqq jew tinxtara fuq il-pjattaformi ewlenin tal-mużika diġitali fosthom: Spotify, Deezer, Google Play, Amazon and iTunes grazzi għall-kumpanija tad-distribuzzjoni internazzjonali; CAP-Sounds.
Imma jiena ma’ stajtx nifhem għalfejn. Is-soltu kien iħallini niġri ftit fil-ġnien, iżda llum reġa’ poġġieni fis-sodda tiegħi. Rajt wiċċu nkwetat, hekk kif mar fil-kċina u ġab dak il-bott li kellu kelb fuqu. Il-bott favorit tiegħi, li malli jiftħu tgħidx kemm kienet toħroġ riħa tfuħ! Iżda le, ma ħarġitx riħa tfuħ minnu. Anzi bejnietna, donnu narah biss kien qed idejjaqni. Għalkemm Kurt poġġieh fi plattina nadifa, maġenb buqar ilma frisk qrib is-sodda tiegħi, ħarist in-naħa l-oħra għax ridtu jinduna li ma kellix ġuħ. U kien dak il-ħin, dak il-ħin, li bdejt inħoss il-bard. “Trid kutra?” staqsieni, għajnejh ileqqu bid-dmugħ. Tgħid għalfejn kien beda jibki? Tgħidx kemm ħassejtni ħażin! Verament kienet tinqasam qalbi, kull darba li kont narah imdejjaq. Iżda dak il-ħin………………… Dak il-ħin kien imdejjaq iżjed mis-soltu! Rajtu sejjer iġibli kutra żgħira, b’rasu baxxuta lejn l-art, ħsejjes ta’ qsim il-qalb ħerġin minn fommu. U malli ħassejt il-kutra fuq dahri, ħassejt il-wens………….ħassejt wens kbir, speċjalment xħin Kurt beda jħokkli wara widnejja! Bla ma rrid, eżatt malli jogħrokli dik il-parti fina, kienet tiċċaqlaq saqajja mingħajr ma ninduna! Kont nagħlaq għajnejja u nieħu gost! Iżda llum, sieqi donnha ċċaqalqet bilmod aktar mis-soltu. Donnha kienet xi ftit għajjiena bħall-kumplament ta’ ġismi kollu. Għalaqt għajnejja u erġajt irqadt. Sadanittant kont naf li Kurt kien qed iċempel lil xi ħadd bil-mobajl. Smajt leħnu fil-viċin, imbagħad fid-distanza. Ħassejtni trankwill. Rilassat. U għajjien ħafna. Ħallejt in-ngħas jieħu kontroll ta’ ġismi kollu. Imbagħad stenbaħt għax smajt taħbita ħafifa mal-bieb ta’ barra. Is-soltu kont inqum ninbaħ, nifraħ u nħossni mħasseb għal min seta kien hemm hemm barra, kollox fl-istess ħin.
Ilbieraħ, il-kantanta lokali Simone Gauci nediet il-kanzunetta Maħbub, kanzunetta ddedikata lil Ġorġ Agius, magħruf man-nies bħala Ġorġ tal-Mużew jew L-Għannej tal-Mulej. Il-kanzunetta għandha lirika ta’ Emil Calleja Bayliss, kompożizzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas u arranġament mużikali ta’ Andrew Zammit minn Tone Studios.
Mal-kanzunetta, il-kantanta nediet ukoll vidjow mużikali, miġbud fil-parti l-kbira tiegħu ġewwa l-Birgu, art twelid Ġorġ Agius. Il-kanzunetta hi waħda sentimentali ferm, li tfakkar il-memorja ta’ Ġorġ, li tista’ tgħid kien maħbub minn kulħadd. Kienu bosta dawk li ltaqgħu miegħu tul is-snin u hu dejjem nissel it-tama, il-fiduċja, il-kuraġġ u l-wens ma’ kull min iltaqa’.
Il-vidjow mużikali huwa xogħol ta’ Mauro D’Amato u t-tpenġija ta’ Ġorġ li ntużat waqt il-vidjow hija ta’ Mariana Spiteri. Simone tistqarr li kienet għażla naturali li taħdem kanzunetta dwar Ġorġ għax xtaqet li tfakkar il-memorja tiegħu. Dejjem ammirat it-talent sabiħ li kellu, talent li kien juża biex ifaħħar lil Alla u jgħin lil min ikollu bżonn ftit faraġ. Simone tgħid ukoll li missierha kien jaf lil Ġorġ għaliex kienu jattendu għal xi laqgħat reliġjużi flimkien. Simone tgħid, “Missieri, li ġie nieqes ħmistax-il sena ilu kien jaf lil Ġorġ personalment u dejjem tkellem b’rispett kbir lejh.”
Simone Gauci tħossha naturali tkanta bil-lingwa Maltija, hi temmen li biha tesprimi lemozzjonijiet bl-aħjar mod u hemm bżonn li l-lingwa tiġi apprezzata ħafna aktar, speċjalment b’kanzunetti Maltin u x’hemm isbaħ milli tfaħħar lil Ġorġ bil-lingwa li tant u tant kien jgħożż.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.