Titħabbar id-data tal-inkurunazzjoni tar-Re Charles III

Titħabbar id-data tal-inkurunazzjoni tar-Re Charles III

Ftit tal-ħin ilu Buckingham Palace ħabbar id-data tal-inkurunazzjoni tal-Maestà Tiegħu r-Re Charles III. Fil-fatt din iċ-ċerimonja se ssir nhar is-Sibt is-6 ta’ Mejju, 2023.

Iċ-ċerimonja tal-inkurunazzjoni se ssir f’Westminster Abbey, ġewwa Londra, u se titmexxa mill-Arċisqof ta’ Canterbury.

Il-Maestà Tiegħu r-Re Charles III se jiġi inkurunat flimkien mar-Reġina Konsorti, Camilla. L-inkurunazzjoni se tirrifletti r-rwol tal-monarka llum u tħares lejn il-ġejjieni, filwaqt li għandha l-għeruq fit-tradizzjonijiet u ċ-ċerimonji li ilhom jeżistu.

Fatt interessanti hu, li l-ewwel darba li ċ-ċerimonja tal-inkurunazzjoni ġiet imxandra fuq it-televiżjoni kien fit-2 ta’ Ġunju tal-1953, meta l-Maestà Tagħha Eliżabetta II, ġiet ipproklamata reġina. Din ix-xandira ġiet organizzata mill-Prinċep Filippu.

Segwi b’mod dirett il-Funeral Statali tar-Reġina Eliżabetta II

Segwi b’mod dirett il-Funeral Statali tar-Reġina Eliżabetta II

Mat-tokki tal-ħdax ta’ filgħodu (ħin Ingliż) bdiet il-quddiesa, immexxija mid-Dekan ta’ Westminster, Reverendu Dr David Hoyle MBE, bill-kor tal-abbatini u l-Kor tal-Kappella Rjali tal-Maestà Tiegħu, jannimaw il-funeral.

Westminister Abbey huwa il-post fejn ir-Reġina Eliżabetta II iżżewġet lil Prinċep Filippu u fejn ġiet inkurunata Reġina, 70 sena ilu.

Fatt interessanti hu li l-aħħar monarka li kellu il-funeral f’Westminister Abbey kien tar-Re Ġorġ II fl-1760. Iktar minn żewġ sekli ilu.

Il-qari nqara mill-Prim Ministru Liz Truss u Patricia Scotland, is-segretarja ġenerali tal-Commonwealth, filwaqt l-Arċisqof ta’ Canterbury Justin Welby għamel l-omelija.

Fil-11:55am, kien hemm żewġ minuti ta’ silenzju madwar ir-Renju Unit, fejn kien segwit mill-Innu Nazzjonali.

F’12:00pm, ġiet fi tmiemha ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa. Ir-Re mexxa lill-familja tiegħu f’purċissjoni lejn Wellington Arch.

Ir-Re Karlu u membri oħra tal-Familja Rjali mxew wara t-tebut tar-Reġina. Huwa mexa mal-Prinċipessa Anne, il-Prinċep Andrew u l-Prinċep Edward eżatt warajh. Huma ġew segwiti min-neputijiet tar-Reġina, Peter Phillips, il-Prinċep William u l-Prinċep Harry.

Il-purċissjoni kienet immexxija minn Pipes and Drums massed of Scottish and Irish Regiments, il-Brigade of Gurkhas, u r-Royal Air Force – li ammontaw għal 200 mużiċist.

Kien hemm ukoll 6,000 rappreżentant mit-tliet Forzi Armati: l-Armata, ir-Royal Navy u r-Royal Air Force

Fis-13:40 ingħata bidu għall-korteo funebri, minn Londra għal Windsor minn Shaw Farm Gate.

Wara il-korteo ingħatat bidu purċissjoni oħra preċeduta minn membri tar-Royal Cavalry. Huma qasmu il-‘Long Walk’ li twassal għal Windsor Castle, ir-residenza famuża tal-Familja Rjali Brittanika.

Il-Familja Rjali wara ngħaqdet mal-purċissjoni lejn il-Kappella ta’ San Ġorġ. Madwar 800 mistieden, inkluż l-istaff personali tar-reġina, attendew għas-servizz, immexxi mid-Dekan ta’ Windsor David Conner.

Għall-ħabta tas-19.30, ir-reġina ngħatat il-mistrieħ ta’ dejjem f’funeral privat li sar fil-preżenza tar-Re u membri tal-Familja Rjali. Ir-Reġina Eliżabetta II ndifnet ma’ żewġha d-Duka ta’ Edinburgh, fil-Kappella tat-Tifkira tar-Re Ġorġ VI.

Segwi l-funeral b’mod dirett:

Ippubblikat ritratt ġdid tal-Maestà Tagħha

Ippubblikat ritratt ġdid tal-Maestà Tagħha

Ilbieraħ, lejlet il-Funeral Statali tal-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II, ġie ppubblikat ritratt ġdid tagħha. Ritratt li tteħed f’Mejju li għadda, biex jimmarka l-Ġublew tal-Platinum tal-Maestà Tagħha – l-ewwel Monarka Brittanika li laħqet it-tragward, ta’ 70 sena fit-tmun.

Dan filwaqt li, il-Maestà Tiegħu r-Re Karlu III, irringrazzja lil kull min kien ta’ appoġġ u faraġ għalih u għall-kumplament tal-familja tiegħu. Irringrazzja ukoll lill-miljuni ta’ nies li marru jsellmu lil Maestà Tagħha.

Illum huwa mistenni li jattendu miljuni ta’ nies fil-belt kapitali Londra, għall-funeral tar-Reġina Eliżabetta. Huwa mifhum, li fost l-2,000 ruħ li ser jinġabru f’Westminister Abbey għall-aħħar tislima, se jkun hemm iż-żewġt itfal il-kbar tal-Prinċep u l-Prinċipessa ta’ Wales: il-Prinċep George u l-Prinċipess Charlotte.

Il-President se jkun qed jattendi għall-funeral tar-Reġina

Il-President se jkun qed jattendi għall-funeral tar-Reġina

Dalgħodu, il-President ta’ Malta, George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Miriam Vella, ħalla Malta biex jattendi għall-funeral statali tar-Reġina Eliżabetta II.

Il-funeral se jsir nhar it-Tnejn, id-19 ta’ Settembru, f’Westminster Abbey.

Sakemm il-President ikun Londra, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.

Il-President Vella mistenni jasal lura Malta nhar it-Tlieta, l-20 ta’ Settembru.

Titħabbar id-data tal-funeral tar-Reġina Eliżabetta II

Titħabbar id-data tal-funeral tar-Reġina Eliżabetta II

Il-funeral statali tal-Maestà Tagħha r-Reġina se jsir f’Westminster Abbey nhar it-Tnejn id-19 ta’ Settembru fil-11:00 ta’ filgħodu, ħin Ingliż.

Qabel il-funeral statali, ir-Reġina se tkun esposta għall-aħħar tislima tal-pubbliku f’Westminster Hall għal erbat ijiem.

Fatt interessanti huwa li l-aħħar funeral statali fir-Renju Unit kien ta’ Churchill fl-1965 u l-aħħar funeral statali għal sovran kien għal missier ir-Reġina, Re George VI, fl-1952.

Enable Notifications OK No thanks