Select Page
Riċetta: Figolli

Riċetta: Figolli

Għandek bżonn (għal bejn 4 u 8 figolli, skont id-daqs):

Għall-għaġina:

800g dqiq self raising

225g icing sugar

340g butir (unsalted), imqatta’ cubes

Erba’ isfra tal-bajd

Qoxra ta’ żewġ lumijiet maħkuka

Kuċċarina trab tal-vanilla

115ml ilma

Għall-mili:

640g intrita (pura jew substitute)

420g icing sugar

Qoxra ta’ żewġ lumijiet maħkuka

Kuċċarina trab tal-vanilla

Erba’ abjad tal-bajd

Għat-tiżjin:

Ċikkulata tat-tisjir imdewba banju maria.

Jew

Ġelu magħmul minn żewġ abjad tal-bajd, 400g icing sugar, u meraq ta’ nofs lumija.

Imbagħad żid tiżjin ieħor skont il-gosti tiegħek.

Metodu:

Għall-għaġina:

  • Agħrbel id-dqiq, it-trab tal-vanilla, u l-icing sugar ġo skutella kbira. Żid il-butir u l-qoxra tal-lumi.
  • Agħġen b’idejk sakemm il-butir jithallat sew mal-ingredjenti l-oħra u jkollok taħlita qisha frak tal-ħobż oħxon.
  • Issa żid l-isfra tal-bajd u l-ilma, u ħawwad sew sakemm ikollok taħlita lixxa.
  • Jekk tara li l-għaġina għadha iebsa wisq biex tinħadem, żid ftit ilma ftit ftit sakemm tara li ġiet tajba.
  • Agħtti l-iskutella tal-għaġina bi clingfilm u poġġiha fil-friġġ għal mill-inqas nofs siegħa.

Metodu tal-mili:

Ħallat l-intrita, it-trab tal vanilla, l-abjad tal-bajd, l-icing sugar, u l-qoxra tal-lumi kollha flimkien sakemm ikollok pejst lixx.

Metodu tal-figolla:

  • Ferrex ftit dqiq u iftaħ l-għaġina b’lembuba. Ara li jkollok ħxuna ta’ madwar nofs ċentimetru. Żomm f’moħħok li din ħa togħla xi ftit fil-forn peress li qed nużaw dqiq self raising.
  • Aqta’ żewġ forom l-istess mill-għaġina.
  • Poġġi forma minnhom fuq karta tal-forn u b’pinzell idlikha ħafif bi ftit ilma, biex jaqbadlek aħjar il-mili mal-għaġina.
  • Iksi din il-forma bil-mili tal-intrita. Tista’ tiftaħha wkoll b’lembuba, jew inkella tidlikha dirett fuq l-għaġina. Idlek il-wiċċ tal-mili bi ftit ilma.
  • Tiksix bil-mili sat-tarf nett tal-għaġina biex ma jaqalekx mili żejjed meta tpoġġi l-għaġina ta’ fuq.
  • Issa agħtti l-mili bil-forma tal-għaġina l-oħra, u erġa’ idlikha b’pinzell bi ftit ilma.
  • Saħħan il-forn għal gas mark 180.
  • Aħmi l-figolli fuq dixx tal-ħami miksi bil-karta tal-forn għal bejn 30 u 40 minuta. Il-ħin jiddependi mid daqs tal-figolli li tkun għamilt.
  • Meta jkunu lesti, ħallihom jiksħu sew qabel iżżejjinhom, anzi jekk ikun possibbli li żżejjinhom l-għada jkun aħjar.
  • Meta jkun għaqad it-tiżjin, iksi l-figolli bi clingfilm u jibqgħu tajbin sa tlett ġimgħat.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Maskri tal-wiċċ: trattament essenzjali tas-sbuħija – Josette Grech

Maskri tal-wiċċ: trattament essenzjali tas-sbuħija – Josette Grech

Probabbilment wieħed mill-mumenti ta’ rilassament tal-ġimgħa (personalment, huwa l-Ħadd filgħaxija nara serje tajba ta’ Netflix u nagħmel id-dwiefer tiegħi fl-istess ħin), huwa l-applikazzjoni ta’ maskra fuq il-ġilda tiegħek. Din tagħti BOOST lill-ġilda.
Taf, darba jew darbtejn fil-ġimgħa, toffri lill-ġilda tiegħek trattament li jaġixxi fil-fond fis-saffi differenti tal-ġilda.

Il-maskri huma kompliment perfett ritwali tal-kura ta’ kuljum tiegħek f’4 passi: naddaf, ipprepara, attiva u kkoreġi. Waħedhom, huma jnaddfu, jidrataw jew jiċċaraw il-ġilda tiegħek dejjem aktar fil-fond.

Benefiċċju addizzjonali wieħed ta’ maskra: l-effett huwa immedjat. Tista’ tara minnufih li l-ġilda tiegħek hija aktar ċara, aktar radjanti u fuq kollox, aktar bilanċjata!

Min għandu juża maskra tal-wiċċ?

KULĦADD!

Għaliex? Minħabba li kull maskra tissodisfa ħtiġijiet differenti, kull tip ta’ ġilda ssib dak li hu addattat, L-uniku rekwiżit huwa li tinterpreta sew il-ħtiġijiet tal-ġilda tiegħek.

Kull maskra hija differenti: in-nisġa u l-kombinazzjoni ta’ ingredjenti jwieġbu għal kull ħtieġa biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ġilda tiegħek.

L-idratazzjoni tal-ġilda tiegħek hija essenzjali biex iżżomm bilanċ tal-ġilda b’saħħtu. Jgħin biex tissaħħaħ il-funzjoni tal-barriera tal-ġilda minn aggressjonijiet ta’ kuljum, bħat-tniġġis, u stress.

Ġilda niedja hija armata bi protezzjoni naturali aħjar, tieħu ħsieb iċ-ċelloli tagħha sabiex jibqgħu żgħar u b’saħħithom kemm jista’ jkun! IVA, qrajt sewwa. Biex iżżomm il-ġilda tiegħek idratata u tevita tikmix minn kmieni.

Iċ-ċirasa fuq il-kejk: ġilda idratata tidher b’saħħitha, tħossha komda u tagħtik dehra radjanti. Perfetta biex tikseb l-ideal tas-sbuħija tiegħek!

Biex tikseb dawn il-benefiċċji kollha f’maskra waħda, nirrakkomandaw li tuża JOWAE REPLUMPING MASK għaliex din timla u ttaffi l-ġilda tiegħek mill-ewwel applikazzjoni tagħha u b’mod dejjiemi! Adattata għat-tipi kollha tal-ġilda, anke sensittivi, u ttestjatha taħt kontroll dermatoloġiku, fiha wkoll 96% ingredjenti naturali.

Ipproteġi l-ġilda ta’ wiċċek billi…. – Josette Grech

Ipproteġi l-ġilda ta’ wiċċek billi…. – Josette Grech

Kelma waħda….rispett!

Iffavorixxi l-kura tal-ġilda tiegħek b’inqas ammont ta’ kimiċi. Ir-raġuni hija sempliċi, sabiex tipproteġi l-ġilda tal-wiċċ.

Ibda billi tnaddaf wiccek filgħodu u filgħaxija. B’hekk tneħħi kwalunkwe impurità li timblokka l-pori, minn tniġġiż kif ukoll għaraq.

Illum hawn bosta prodotti li wieħed jista’ juża, ovvjament dejjem skont dak li ssib komdu għalik, pereżempju:

Jekk thobbx tuża ilma.

Jew bit-tajjara.

Dan dejjem skont il-persuna.

Importanti li meta tnaddaf għajnejk qatt m’għandek tuża l-istess tajjara. Waħda nadifa għal kull għajn.

Wara se tuża toner jew hydrating mist. Dan se jagħlaq il-pori wara li jkunu nodfa.

Agħmel eye cream.

U fl-aħħar il-moisturizer. Dan ukoll irid ikun skont it-tip tal-ġilda tiegħek u anke skont il-bżonn tiegħek.

Aktar ‘il quddiem nitkellmu fuq masks differenti u għaliex tajjeb li nużawhom.

Enable Notifications OK No thanks