Trid tikkontrolla l-pesti ġewwa darek darba għal dejjem?! Għandna s-soluzzjoni għalik!

Trid tikkontrolla l-pesti ġewwa darek darba għal dejjem?! Għandna s-soluzzjoni għalik!

Għalkemm is-sajf wasal lejn l-aħħar, l-insetti f’darna nsibuhom matul is-sena kollha. Mhux l-ewwel darba li tiġi żżuruna għallarrieda xi wirdiena, jew issa li tibda dieħla x-xitwa nibdew naraw ammont kbir ta’ nemel jiġi jistkenn ġo darna, b’serbut li ma jispicca qatt.

U xi ngħidu meta l-umdità tkun fl-aqwa tagħha u tibda ssib il-ħanżir l-art jew ċentupied, jiġri mal-art, jew xi bugħarwien!

Din il-problema tal-insetti f’darek issa solvuta, bi prodott li tista’ tagħmlu faċilment inti stess, grazzi għal The Exterminator!

It-tim ta’ Skoperta ltaqa’ ma’ Arnold Sciberras, pest controller, biex jgħidilna dwar dan il-prodott fantastiku, li bħala kumpanija ilhom għal diversi snin jaħdmu fuqu.

Dan huwa prodott speċjali li nħadem b’ċertu intensività biex il-kimika nnifisha tkun speċifikament fuq speċi ta’ insetti Maltin. Dan il-prodott jaħdem kontra speċi ta’ insetti komuni bħal wirdien, ‘silverfish’ (kamla), ‘termites’ (nemel abjad, li dawn jafu jikkawżalek ħsarat kbar ġewwa darek), ħanżir l-art, ċentupied u bugħarwien.

Sciberras sostna wkoll li jekk kemm-il darba wieħed ikollu numru kbir ta’ infestazzjoni kien, wieħed għandu jirrikorri għall-assistenza professjonali.

Dan il-prodott jiġi f’żewġ pakketti; għandek l-istarter pack u r-refill pack. Ovvjament wieħed irid jibda bl-ewwel pakket (starter pack), imbagħad ladarba jispiċċah, idur fuq ir-refill.

Bażikament, f’dan il-pakkett wieħed isib bott bil-kimika pestiċidja, kimika li fiha ssib ingredjenti li ntagħżlu b’reqqa kbira. Kimika li ma tagħmel l-ebda ħsara fuq l-ambjent u hija sikura jekk għandek it-tfal, annimal domestiċi u ovvjament għall-individwi li jgħixu fid-dar stess. F’din il-kaxxa wieħed isib ukoll par ingwanti, li għalkemm huwa prodott sikur huwa dejjem ideali li jkun hemm protezzjoni żejda.

Ovvjament ma’ dawn, ikun hemm il-borża li bażikament iżżomm il-prodott u l-pompa li titwaħħal mal-borża stess. Il-proċess ta’ kif tagħmlu u ta’ kif tapplikah huwa faċli ħafna. Kulma għandek tagħmel huwa li timla l-borża kollha, bl-ilma tal-vit (ovvjament jekk għandek post żgħir tista’ timla nofsha). Ladarba timla l-borża kollha, huwa essenzjali li żżid il-prodott tal-kimika kollu, b’hekk ikollok konċentrazzjoni ta’ pestiċida kif suppost, u ħawwad il-borża.

Wara, kulma għandek tagħmel hu li tpoġġi l-pipe tal-pompa fil-qiegħ tal-borża, u għalqu sew. Ladarba jkun lest dan il-proċess, issa wieħed ikun jista’ japplikah. Ta’ min tkun taf, li biex wieħed japplikah, m’għandux għalfejn jagħmel forza jew pressjoni. Kulma għandek tagħmel huwa li tapplikah mal-borduri tad-dar billi tisspreja. Meta wieħed jisspreja fuq iż-żona inti b’mod awtomatiku se jkollok kemm id-doża, kif ukoll l-ammont perimetru tajjeb biex il-pestiċida ssir attiva.

Arnold Sciberras saħħaq li idealment il-pestiċida tiġi applikata darba kull tliet/ erba’ xhur. B’hekk inti tkun qed tassigura li jkollok il-protezzjoni minn dawn l-insetti matul s-sena kollha. Importanti li meta ma tkunx qed tużah, wieħed għandu jżomm il-prodott f’post kenni fid-dlam, u dan jibqa’ tajjeb sa’ disa’ xhur sħaħ.

Allura x’qed tistenna?! Agħmel kuntatt issa ma’ The Exterminator, ħalli jkollok moħħok mistrieħ u tgħix bil-kumdità kollha ġo darek stess.

Wieħed jista’ jċempel fuq 21436820/ 99887950 jew żur is-sit elettroniku minn hawnhekk.

Filmat: X’messaġġ għaddiet Stephanie dwar is-solitudni?

Filmat: X’messaġġ għaddiet Stephanie dwar is-solitudni?

Nitkellmu ma’ Stephanie Spiteri

Steph, il-programm Illum ma’ Steph, xi jfisser għalik?

Ħajti tirrivolvi madwaru, lanqas nimmaġinani niffunzjona mingħajru.. norqod u nqum naħseb u nippjana..il-baby tiegħi li nieħu gost narah jikber u jiżviluppa.

X’impenn u responsabilità jirrikjedi programm li jixxandar kuljum?

Full time plus plus, forsi ftit jirrealizzaw l-impenn.. nibda minn filgħodu u nibqa’ sa tard filgħaxija. Bejn suġġetti, riċerka, riklami u paper work.. qatt ma jien lesta.

Kemm ilek xandara? U x’kien l-ewwel xogħol tiegħek fil-midja?

Ili minn meta kellli 15-il sena. Bdejt b’kumbinazzjoni fuq programm reliġjuż jismu Twemmin. Qatt ma kont naħseb li ħa nsir daqshekk addict ta’ dan ix xogħol..

X’kien li ispirak biex tidħol f’dan il-qasam?

Kien ġar li kellu programm u kellu bżonn lil xi ħadd biex jippreżentah.. staqsa lili għax kien jafni, u minn hemm qatt ma ħarist lura.. għall-bidu kien dejjem part time imma għal dawn l-aħħar 4 snin ħadt ukoll il-produzzjoni kollha fuqi u allura issa sar litteralment ħajti.

X’issib l-aktar ta’ sfida f’xogħlok? U x’inhu l-akbar sodisfazzjon?

L-ikbar sfida hija l-commitment ta’ kuljum irrelevanti xi jkun qed jiġri f’ħajti.. meta pereżempju l-ma kienet qiegħda tmut kien ikolli nitlaqha u mmur nagħmel programm fejn qisu xejn mhu xejn.. kien żmien diffiċli ħafna.. però anke fil-ħajja ta’ kuljum, ġieli uġigħ ta’ ras jew uġigħ ta’ żaqq.. xorta trid tmur u tkompli. Sodisfazzjon kbir però l-imħabba u r-rispett tat-telespetturi li nħossni onorata ħafna li tant jilqgħuni.

Liema kien wieħed mill-aktar programmi diffiċli li kellek tagħmel? U waħda mill-aktar intervisti emozzjonali?

Fuq l-istess kunċett tar-risposta ta’ qabel, l-għada tal-funeral tal-mamà tiegħi. Jien lil ommi kont inħobbha wisq u meta ħallietna ħassejt li spiċċat id-dinja però l-għada tal-funeral kelli mmur fuq il-programm u nkompli. Qalbi kienet miksura f’miljun biċċa però kont inżomm f’moħħi kemm kienet kburija bija u għalhekk ħassejt li jien għandi nkun b’saħħti u niffaċċja r-realtà. Intervisti jkolli ħafna emozzjonali.. jien qalbi żgħira u nħoss ħafna u allura nempatizza u l-ugigħ ta’ ħaddieħor nieħdu miegħi.

Bla dubju, int waħda mill-preżentaturi popolari, u favoriti mal-pubbliku, tħoss li huwa importanti li tibni relazzjoni mas-segwaċi tiegħek?

Immens importanti u bżonnjuża.. jien ma jien ħadd mingħajr l-appoġġ u l-imħabba tat-telespetturi allura nara kif nagħmel biex inżomm kuntatt regolari magħhom.

Fl-opinjoni tiegħek, x’inhuma r-responsabilitajiet ta’ preżentatriċi?

Li tkun onesta, li tkun preżentabbli, li tkun reali, li żżomm ċerti opinjonijiet politiċi u kontroversjali għaliha nfisha (fil-każ ta’ programm bħal tiegħi li huwa għall-familja kollha). Li tuża’ Malti tajjeb, li tkun pożittiva, li tkun preparata.. fost oħrajn.

Jinkwetak il-fatt li dak kollu li tgħid u twassal jista’ jiġi interpretat b’mod totalment differenti milli jkun intenzjonat?

Iva, ġieli nofs kelma u xi ħadd jikteb u jgħidli li pereżempju ma qabilx jew juri li ma ħax gost.. diffiċli ħafna li dejjem togħġob lil kulħadd però nemmen li bl-onestà n-nies jifhmu li jien umana bħalhom u ġieli ngħid xi ħaġa li forsi ma tkunx eżatt.

L-isbaħ u l-agħar mumenti ta’ ħajtek s’issa..

Barra tv? L-isbaħ bla dubju kien it-twelid ta’ ibni li llum għandu 18-il sena u huwa l-mimmi t’għajnejja. L-agħar kien il-mewt ta’ ommi.

Kif affettwatek lilek personali l-pandemija?

Wara li ssakkart id-dar għal xahrejn is-sena l-oħra, jien u Michael (it-tifel) biss, iwassluli x-xirja wara l-bieb u ma niltaqa’ ma ħadd.. nagħmel il-programm minn ġol-kamra tas-sodda tat-tifel, hu l-cameraperson u soundman u kollox.. din is-sena attenta ħafna, ma mmur imkien ħlief għall-bżonn, ma niltaqa’ ma ħadd jekk mhux għax-xogħol. Inħoss li tlift ħafna mill-pjaċir tal-ħajja però hekk hemm bżonn għalissa.

Mumenti ħelwin li jkollok mas-segwaċi tiegħek..

It-telefonati ħelwin ikunu għax dak li jkun iħoss ċertu eċitament u mhux dejjem niftehmu. Il-logħob għalkemm sempliċi ġieli jħawwadhom u allura tkun ħelwa l-konversazzjoni li jkollna on air.

Ikun hemm drabi li tkun tixtieq tagħmel ftit ħin ‘il bogħod mill-ħajja pubblika?

Nhar ta’ Sibt jien naħsel u nnaddaf id-dar.. bil-ħwejjeġ ta’ ġewwa u b’xagħri mgerfex.. nitkellem mal-biċċa tal-art u nieħu gost li ma tmehrix.. mingħajr din il-ġurnata ma noqgħodx.. hemm niċċarġja l-batterija.

Liema huma l-persuni li jispirawk fil-karriera tiegħek u fil-ħajja personali tiegħek?

Fil-ħajja personali huma l-familja tiegħi, ħuti li dejjem jgħinuni u ħabib tal-qalb li dejjem jiggwidani, fuq it-television inħobb insegwi li Oprah Winfrey li minn xejn saret ikona.

Steph bħala omm, stretta? Kif tiddeskrivi r-relazzjoni tiegħek mat-tifel?

Darba ġejt deskritta bħala Hitler minn wieħed ħabib. Jien ili sseparata mindu Michael kellu sentejn u allura kelli nżomm ħafna dixxiplina fejn kien hemm bżonn biex jikber ta’ nies. Missieri hekk kien magħna u għalkemm kont narah ikrah meta kont żgħira llum nirringrazzjah tal-prinċipji li tani.

Liema kwistjonijiet int l-aktar sensittiva dwarhom? U għaliex?

Inħobb in-natura, nirrabja min ikasbarha. Ninkwieta meta nisma’ fuq uġigħ li jkun hemm minħabba diżgwid fil-familji. Nixtieq li ma narax tbatija.

Kif tieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħek?

Il-fatt li jien naħdem għal qalbi nemmen li tgħini ħafna biex nibqa’ pożittiva.. ikolli mumenti ibsin bħal kulħadd però ħabib kbir tiegħi għallimni li t-tazza nofsha mimlija u mhux nofsha vojta, u li dejjem hemm silver lining u b’dak ir-raġunament nara li nieħu ħsieb tiegħi nnifsi.

X’kienet l-akbar lezzjoni li tgħallimt mill-ħajja s’issa?

Li kulħadd l-istess, li kollha għandna ferħ, niket, suċċess u falliment. Li saqajk iridu jibqgħu mal-art u li iktar kemm tgħin iktar tħossok ferħana.

X’kien l-isbaħ ġest li qatt għamilt u rċevejt?

Li għamilt jien ma nafx ngħidlek, li nirċievi huwa l-imħabba tat-telespettaturi b’mod regolari.. grata ħafna.

Xi jferħek u x’jirrabjak l-aktar?

Iferrħuni l-iktar affarijiet bażiċi… telefonata bla ħsieb, messaġġ mill-qalb. Jirrabjani l-eġoiżmu ta’ ċertu nies.

L-akbar biża’ tiegħek..

Mill-wirdien u mit-tlajja’, u li xi darba nkun irrid niddependi fuq ħaddieħor.

Hemm xi ħolma li tixtieq twettaq?

Nixtieq li nixtri dar imkissra u diżastru, jew xi ħadd jafdali dar hekk, u nirranġaha u nġibha sabiħa. Għandi immaġinazzjoni fertili, noħlom kif u x’fatta, flus biex inwettaqha m’għandix.

Stephanie tgħaddi messaġġ dwar is-solitudni

Enable Notifications OK No thanks