Select Page
Jiġu eliminati Shauna u Jimmy fl-ewwel Live Show ta’ X Factor Malta

Jiġu eliminati Shauna u Jimmy fl-ewwel Live Show ta’ X Factor Malta

Ilbieraħ bdiet l-aktar fażi mistennija u eċitanti ta’ X Factor Malta, dik tal-Live Shows.

Fl-ewwel Live Show ġew eliminati tnejn minn 12-il kontestant.

Il-vjaġġ ta’ X Factor Malta waqaf ilbieraħ għal Shauna Vassallo, mill-kategorija ta’ Ivan Grech, li ġabet l-inqas ammont ta’ voti mit-televoting, u għal Jimmy, mill-kategorija ta’ Ira Losco, li ġie wkoll eliminat.

Is-sing-off bejn Jimmy u l-grupp Beyond qajmet kontroversja fost is-segwaċi ta’ X Factor Malta. Ħafna esprimew l-opinjoni tagħhom fuq il-midja soċjali, dik li skont huma Jimmy ma kellux jiġi eliminat.

L-10 kontestanti finalisti se jkunu qed jipparteċipaw fit-tieni Live Show nhar il-Ħadd it-23 ta’ Jannar, fejn it-tema se tkun dik ta’ Retro.

Dawn huma l-prestazzjonijiet kollha tal-ewwel Live Show ta’ X Factor Malta:

Magħżula l-aħħar 6 kontestanti għal-Live Shows ta’ X Factor Malta

Magħżula l-aħħar 6 kontestanti għal-Live Shows ta’ X Factor Malta

Ilbieraħ f’X Factor Malta, intgħażlu l-aħħar 6 kontestanti mill-Judges’ Houses.

Mill-kategorija tas-subien li kienet f’idejn Howard Keith Debono, ġew magħżula Ryan Hili, Aidan Drakard u Kevin Paul, filwaqt li mill-kategorija tal-gruppi, Philippa Naudi għażlet lil Ceci & Kriss, Soul Tide u Beyond.

Dawn il-kontestanti se jkunu qed jikkompetu flimkien mas-6 finalisti l-oħra fil-fażi li jmiss, dik tal-Live Shows, li se jixxandru fis-16, it-23 u t-30 ta’ Jannar, u s-semifinali fis-6 ta’ Frar li ġej.

Nhar il-Ħadd li ġej se jixxandar programm speċjali li se jlaqqa’ lill-pubbliku aktar mill-qrib mat-12-il finalist ta’ din l-edizzjoni, fid-20:50 fuq TVM.

Philippa tagħżel is-6 gruppi tagħha miċ-Chair Challenge

Philippa tagħżel is-6 gruppi tagħha miċ-Chair Challenge

Ilbieraħ f’X Factor Malta kien imiss l-aħħar kategorija, dik tal-gruppi, ta’ Philippa Naudi.

Is-sitt gruppi li għażlet Philippa miċ-Chair Challenge biex jgħaddu għall-fażi li jmiss huma Jasmine, Anna u Jana, Soul Tide, Wish Me Lack, BEYOND, Daryl & Dayle u Ceci & Kriss.

Il-fażi li jmiss issa hija dik tal-Judges’ Houses, fejn il-kontestanti magħżula jkomplu l-vjaġġ tagħhom bit-tama li jgħaddu għall-fażi li tista’ twassalhom biex ikunu r-rebbieħa ta’ X Factor Malta.

X Factor Malta jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fid-9 ta’ filgħaxija fuq TVM.

Howard jagħżel is-6 kontestanti tiegħu miċ-Chair Challenge

Howard jagħżel is-6 kontestanti tiegħu miċ-Chair Challenge

Nathan, Kevin Paul, Aidan Drakard, Isaac Tom, Ryan Hili u Rheez huma s-sitt kontestanti li għażel Howard Keith Debono ilbieraħ mill-kategorija tas-subien.

Għal darb’oħra kienet kategorija li kompliet turi talent mill-aqwa, madanakollu dehret li ma kinitx sfida daqshekk diffiċli għal Howard biex jagħmel l-għażliet tiegħu.

Il-ġimgħa d-dieħla jintgħażlu l-aħħar sitt kontestanti mill-kategorija tal-gruppi, li hija l-kategorija ta’ Philippa Naudi.

Is-sitt kontestanti flimkien mat-18-il kontestant l-ieħor se jkunu qed jikkompetu fil-fażi li jmiss, dik tal-Judges’ Houses.

Tgħid min se jkunu s-sitt kontestanti li jmiss?!

X Factor Malta jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fid-9 ta’ filgħaxija fuq TVM.

Jgħaddu l-ewwel sitt kontestanti miċ-Chair Challenge ta’ X Factor Malta

Jgħaddu l-ewwel sitt kontestanti miċ-Chair Challenge ta’ X Factor Malta

Wara l-auditions u l-bootcamp, ilbieraħ bdiet il-fażi taċ-Chair Challenge, li fiha jridu jintgħażlu biss 6 kontestanti.

Iċ-Chair Challenge bdiet bil-kategorija tal-bniet li hija f’idejn Ivan Grech.

Kull min segwa seta’ jara li ma kinitx sfida faċli għal Ivan biex jagħżel is-6 kontestanti li se jkomplu dan il-vjaġġ.

Shauna Vassallo, Timea Farr, Kristy Spiteri, Lisa Gauci, Mariah Gerada u Hannah Theuma, huma l-ewwel sitt kontestanti li għaddew għall-fażi li jmiss, li hija dik tal-Judges’ Houses.

Il-ġimgħa d-dieħla jmiss il-kategorija tal-Overs li hija l-kategorija ta’ Ira Losco.

Tgħid min se jkunu s-6 kontestanti li jmiss?!

X Factor Malta jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fid-9 ta’ filgħaxija fuq TVM.

Enable Notifications    OK No thanks