Select Page
Maltemp qawwi jaħkem il-gżejjer Maltin

Maltemp qawwi jaħkem il-gżejjer Maltin

Kif kien imbassar, bħalissa, maltemp qawwi qed jaħkem diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex.

Kif dejjem ngħidu f’dawn il-kundizzjonijiet ta’ temp, wieħed għandu jevita milli joħroġ jekk mhux għal bżonn. Wieħed għandu jsuq aktar bil-galbu u jevita kemm jista’ jkun l-għargħar biex jiġu evitati inċidenti.

Mistenni weekend bix-xita u riħ!

Mistenni weekend bix-xita u riħ!

Erġajna wasalna għal tmiem il-ġimgħa u bidu ta’ oħra, u jidher li għal darb’oħra, it-temp se jkompli jdaħħalna fl-ispirtu tal-Milied.

Skont l-uffiċċju Meteoroloġiku, għada s-Sibt is-26 ta’ Novembru mistennija ħalbiet tax-xita bir-ragħad filwaqt li l-Ħadd is-27 ta’ Novembru mistennija ħalbiet tax-xita bir-riħ.

S’issa jidher ukoll li dawn il-kundizzjonijiet tat-temp li se jkomplu jippersistu matul il-kumplament tal-ġimgħa bil-Ħamis l-1 ta’ Diċembru jaqleb għal ftit imsaħħab.

Possibilità kbira ta’ silġ fuq il-gżejjer Maltin fil-ħin li ġej

Possibilità kbira ta’ silġ fuq il-gżejjer Maltin fil-ħin li ġej

Avviż maħruġ mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jgħid li hemm possibiltà kbira ta’ maltempata b’ragħad u sajjetti u xita bil-qliel.

Xi postijiet madwar il-gżejjer Maltin jafu jintlaqtu minn silġ ukoll.

Bħalissa nieżel ammont kbir ta’ xita ġewwa l-gżira Għawdxija kif ukoll f’ċerti lokalitajiet f’Malta.

It-tim ta’ Skoperta jfakkar lilek li qed taqra dan l-artiklu, li huwa dejjem importanti li tieħu ħsieb f’dawn il-kundizzjonijiet ta’ temp, issuq bil-galbu aktar mis-soltu u tevita kemm jista’ jkun l-għargħar biex jiġu evitati inċidenti li jipperikolaw il-ħajja tiegħek u ta’ madwarek.

Mistennija xita bir-ragħad fi tmiem u l-bidu tal-ġimgħa

Mistennija xita bir-ragħad fi tmiem u l-bidu tal-ġimgħa

Hekk kif bħalissa l-ġranet qed ikunu pjuttost xemxin b’arja ftit jew wisq aktar friska, jidher li bejn tmiem din il-ġimgħa u l-bidu tal-ġimgħa d-dieħla se nerġgħu noħorġu l-umbrelel!

Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku, għada s-Sing it-12 ta’ Novembru mistennija ħalbiet tax-xita filwaqt li l-Ħadd it-13 ta’ Novembru u t-Tnejn l-14 ta’ Novembru mistennija ħalbiet tax-xita bir-ragħad. Jidher li mit-Tlieta l-15 ta’ Novembru, it-temp mistenni jkun ftit imsaħħab.

Għaldaqstant, sakemm mhux għal ħruġ ta’ bżonn, jidher li se jkun weekend ideali għal ħin ta’ kwalità mal-maħbubin tagħna, xi film jew serje tajba, tazza ċikkulata sħuna u ovvjament, xi ħaġa tajba li tinżel għasel!

Se jkun it-temp ideali wkoll biex nibdew inżejnu d-djar tagħna u nidħlu fl-ispirtu tal-Milied!

Enable Notifications OK No thanks