Putin jgħid lil Macron li l-Punent għandu jieqaf jibgħat l-armi lill-Ukrajna

Putin jgħid lil Macron li l-Punent għandu jieqaf jibgħat l-armi lill-Ukrajna

Il-President Russu Vladimir Putin qal li l-Punent jista’ jgħin biex tintemm il-gwerra fl-Ukrajna billi jagħmel aktar pressjoni fuq il-President Volodymyr Zelenskyy u jieqaf jibgħat il-kunsinni tal-armi lill-forzi tiegħu.

Putin kien qed jitkellem fl-ewwel taħditiet telefoniċi tiegħu f’aktar minn xahar mal-President Franċiż Emmanuel Macron.

Il-mexxej Franċiż reġa’ sejjaħ għal waqfien mill-ġlied u għal taħditiet biex tintemm il-gwerra miġjuba mill-invażjoni tar-Russja.

Huwa talab lil Putin biex jippermetti aktar evakwazzjonijiet fil-belt ta’ Mariupol.

Fil-belt seħħ ġlied mill-aktar aħrax tal-gwerra u mijiet ta’ ċivili huma maħsuba li baqgħu maqbuda taħt it-tifrik ta’ fabbrika tal-azzar miżmuma mill-forzi Ukreni.

L-istati tal-Punent qed jaċċertaw li l-Ukrajna tkun armata b’mod estensiv fil-ġlieda tagħha kontra r-Russja, u nhar it-Tlieta r-Renju Unit ħabbar wegħda oħra ta’ tagħmir militari li jiswa £300m inkluż tagħmir ta’ gwerra elettronika, sistema tar-radar, GPS jammers u apparat tan-night vision.

Eluf ta’ nies, kemm suldati kif ukoll ċivili, inqatlu jew ndarbu mill-invażjoni tal-24 ta’ Frar u aktar minn 5.5 miljun ħarbu barra minn pajjiżhom bħala refuġjati.

Il-forzi Russi rtiraw mir-reġjun tal-kapitali Kyiv biex jiffukaw l-operazzjonijiet tagħhom fuq il-Lvant tal-Ukrajna.

Waqt li sejjaħ għall-waqfien tal-provvisti tal-armi, Putin akkuża lill-forzi Ukreni li wettqu reati tal-gwerra billi bbumbardjaw bliet fil-Lvant tal-Ukrajna fejn separatisti appoġġjati minn Moska jikkontrollaw żoni kbar, skont stqarrija tal-Kremlin.

Għadd ta’ attakki fuq żoni residenzjali ġew irreġistrati f’żoni kkontrollati mis-separatisti minn mindu bdiet l-invażjoni iżda xejn fuq l-iskala ta’ bumbardamenti ta’ bliet miżmuma mill-gvern mill-forzi Russi. L-Ukrajna tiċħad li bbumbardjat żoni residenzjali.

Il-forzi Russi ġew akkużati li wettqu atroċitajiet, inkluż f’Bucha, belt barra Kyiv.

Il-mexxej Russu insista li r-Russja hija miftuħa għad-djalogu mal-Ukrajna.

Skont stqarrija mill-Palazz tal-Élysée, Macron talab lil Putin biex itemm il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u qal li lest jgħin biex tinkiseb soluzzjoni negozjata għall-kunflitt li tirrispetta s-sovranità tal-Ukrajna.

Il-President Franċiż, li rebaħ l-elezzjoni mill-ġdid ix-xahar li għadda, tkellem ma’ Putin bosta drabi minn mindu bdiet l-invażjoni tar-Russja tal-Ukrajna.

Qal li kien disponibbli biex jaħdem ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti biex jgħin biex jitneħħa l-imblokk tar-Russja fil-portijiet tal-Baħar l-Iswed tal-Ukrajna sabiex tkun tista’ terġa’ tibda l-esportazzjoni tal-ikel.

Putin iwissi dwar riperkussjonijiet għal kwalunkwe pajjiż li jintervjeni fil-gwerra

Putin iwissi dwar riperkussjonijiet għal kwalunkwe pajjiż li jintervjeni fil-gwerra

Il-President Russu Vladimir Putin wissa li kwalunkwe pajjiż li jipprova jintervjeni fil-gwerra tal-Ukrajna se jiffaċċja riperkussjonijiet serji.

Huwa hedded li r-Russja għandha armi li m’għandu ħadd u li dawn se jintużaw jekk ikun hemm bżonn, b’referenza għall-missili ballistiċi u l-armi nukleari.

L-alleati tal-Ukrajna żiedu l-provvista tal-armi, bl-Istati Uniti wegħdu li se tiżgura li l-Ukrajna tegħleb lir-Russja.

Uffiċjali tal-Punent qalu li r-Russja qed tiġi mxekkla fl-isforzi tagħha fil-Lvant.

Il-ġimgħa li għaddiet, ir-Russja nediet offensiva kbira biex taħtaf ir-reġjun ta’ Donbas wara li rtirat minn żoni madwar il-kapitali Kyiv.

Iżda skont uffiċjal, il-forzi Russi qed isibuha diffiċli biex jegħlbu r-reżistenza qawwija tal-Ukrajna.

Fi żvilupp ieħor, il-Kummissjoni Ewropea akkużat lir-Russja b’rikatt wara li Moska qatgħet l-esportazzjoni tal-gass lejn il-Polonja u l-Bulgarija.

Il-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen qalet li din id-deċiżjoni wriet in-nuqqas ta’ affidabilità tar-Russja bħala fornitur.

Il-Kremlin qal li r-Russja kienet imġiegħla tieħu din id-deċiżjoni minħabba l-azzjonijiet u l-pożizzjoni tan-nazzjonijiet tal-Punent fil-konfront tagħhom.

Il-qtugħ ta’ Gazprom isegwi r-rifjut tal-Polonja u l-Bulgarija li jħallsu għall-gass f’rubli Russi, talba li saret mill-President Vladimir Putin f’Marzu, li kienet imfassla biex issaħħaħ il-munita li qed tbatti riżultat tas-sanzjonijiet tal-Punent.

Rapporti jiżvelaw li l-Papa Emeritu Benedittu naqas milli jieħu azzjoni fuq każi ta’ abbuż sesswali

Rapporti jiżvelaw li l-Papa Emeritu Benedittu naqas milli jieħu azzjoni fuq każi ta’ abbuż sesswali

Investigazzjoni Ġermaniża fil-Knisja Kattolika żvelat li l-Papa Emeritu Benedittu XVI naqas milli jieħu azzjoni fuq erba’ każijiet ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal meta kien Arċisqof ta’ Munich.

Il-Papa Emeritu Benedittu, li dak iż-żmien kien jissejjaħ b’ismu, Josef Ratzinger, żamm il-kariga mill-1977 sal-1982.

Minkejja li huwa ċaħad l-akkużi, rapporti ġodda dwar allegazzjonijiet ta’ abbuż komplew isostnu l-akkużi.

Allegatament, l-abbuż kompla taħt il-mandat tiegħu, u l-qassisin akkużati baqgħu attivi fir-rwol tal-knisja.

F’każ minnhom, huwa allegat li l-Papa Emeritu kien jaf b’qassis akkużat li abbuża minn subien li ġie trasferit fid-djoċesi tiegħu, iżda li mbagħad baqa’ jaħdem fir-rwoli oħra pastorali, li ħafna drabi jinvolvu li jżuru u jissapportjaw nies fil-komunità.

Filwaqt li esprima s-sapport tiegħu għall-vittmi kollha ta’ abbuż minn saċerdoti, fi stqarrija l-Vatikan qal li se jeżamina d-dettalji tar-rapport ladarba jkun ġie ppubblikat.

Il-Papa Emeritu, li llum għandu 94 sena, sar l-ewwel mexxej tal-knisja li rriżenja f’aktar minn 600 sena fl-2013. Minn dakinhar huwa għex ħajja kwieta fil-Belt tal-Vatikan.

Rapport preċedenti dwar l-abbużi sesswali fil-Ġermanja kkonkluda li aktar minn 3,600 ruħ madwar il-pajjiż kollu kienu ġew abbużati minn membri tal-kleru bejn l-1946 u l-2014. Ħafna mill-vittmi kienu subien żgħar ħafna.

Ir-rapport il-ġdid li huwa bbażat fuq iż-żoni ta’ Munich u Freising sab speċifikament mill-inqas 497 vittma ta’ abbuż mill-1945 sal-2019.

Minbarra l-Papa Emeritus, ir-rapport ikkritika membri oħra tal-knisja, fosthom l-Arċisqof attwali tar-reġjun, il-Kardinal Reinhard Marx. Huwa nstab ħati li naqas milli jaġixxi f’żewġ każi ta’ allegat abbuż.

Il-Kardinal diġà offra r-riżenja tiegħu lill-Papa Franġisku f’Ġunju tal-2021, u qal li għandu jaqsam ir-responsabbiltà li għall-“katastrofi” tal-każijiet ta’ abbuż li kienu qed jiġu żvelati.

Madankollu, il-Papa Franġisku rrifjuta li jaċċetta r-riżenja.

Jiem qabel, il-Papa Franġisku kien biddel il-liġijiet kriminali tal-Vatikan, u saħħaħ il-pożizzjoni tal-Knisja dwar l-abbuż sesswali.

Jitħabbru n-nominazzjonijiet għall-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards

Jitħabbru n-nominazzjonijiet għall-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards

Il-Malta Film Commission ħabbret in-nominazzjonijiet tat-18-il kategorija għall-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards.

Bord ta’ professjonisti lokali u internazzjonali fl-industrija tal-films u t-televiżjoni se jkun bħala ġurija għall-Malta Film Awards.

Il-Malta Film Commission ħabbret ukoll it-tnedija tal-Best Maltese Film Location Award. Il-kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex se jiġu mistiedna biex jissottomettu sa żewġ postijiet jew żoni fil-lokalità tagħhom li jkunu dehru f’xi film, imbagħad il-pubbliku se jiġi mistieden biex jagħmel l-għażla tiegħu tal-aktar post jew żona favorita permezz tas-sit elettroniku maltafilmawards.com.

Is-serata finali se tixxandar nhar id-29 ta’ Jannar, fid-9 ta’ filgħaxija fuq TVM.

Dawn huma n-nominazzjonijiet li ġew imħabbra mill-personalitajiet Andrea Cassar u Xandru Grech nhar l-Erbgħa l-15 ta’ Diċembru:

Best Film:

  • The Boat
  • Id-Destin
  • Blood on the Crown
  • The Weeping House of Qala
  • Ħabbilni Ħa Nirbaħ

Best Short Film:

  • Since You’ve Been Gone
  • The Maltese Fighter
  • Ambivalent
  • Friend or Foe
  • Alicia

Best TV Show:

  • Ċaqqufa
  • L-Għarusa
  • L-Ispettur
  • Strada Stretta
  • Division 7

Best Documentary:

  • Ittri Għal Erika
  • The Final Journey: The Phoenician Shipwreck
  • L-Ittra ta’ Napuljun
  • Kużra
  • Pass Pass Għal Auschwitz


Best Director:

  • Blood on the Crown – Davide Ferrario
  • Pass Pass Għal Auschwitz – Jonathan Farrugia
  • Strada Stretta – Justin Farrugia – Steven Dalli
  • L-Għarusa – Steven Dalli – Justin Farrugia
  • The Boat – Winston Azzopardi

Best Post-Production:

  • The Boat – Daniel Lapira – James Hayday – Stargate Studios Malta
  • Strada Stretta – Justin Farrugia – Steven Dalli – Chanelle Demicoli – Angelle Farrugia – Charles Aquilina – Lon Joseph Cachia
  • L-Għarusa – Steven Dalli – Justin Farrugia – Marco Stafrace – Angelle Farrugia – Charles Aquilina – Lon Joseph Cachia
  • Blood on the Crown – Pedja Miletic – Claudio Cormio – Vito Martinelli – Aaron Briffa – Nikita Argunov
  • The Weeping House of Qala – Mark Doneo – Sean Aquilina – Jake Vassallo – Aleksandar Bundalo – Nicolai Aquilina

Best Cinematography:

  • The Boat – Marek Traskowski
  • Strada Stretta – Isaac Fenech
  • L-Għarusa – Isaac Fenech
  • Blood on the Crown – Keefa Chan
  • Ħabbilni Ħa Nirbaħ – Keefa Chan

Best Classic Film:

  • Qerq – Louis CuschieriPaul Preca Trapani – Angie Casha
  • Mera tal-Passat – Louis Cuschieri
  • Scrooge – Alan Fenech – Tony Parnis
  • Anġli – The Movie – Mario Busietta – Paul Preca Trapani – John Preca Trapani
  • Operation White Dove – Tony Parnis – Paul Preca Trapani

Best Classic TV Series:

  • Għeruq – Hermann Bonaci – Frida Cauchi
  • Il-Madonna taċ-Ċoqqa – Hermann Bonaci
  • Il-Mandraġġara – Tony Parnis – TVM
  • Ipokriti – Hermann Bonaci – Karl Bonaci
  • Simpatiċi – Hermann Bonaci – Frida Cauchi

Best Costume Design:

  • The Boat – Martina Zammit Maempel
  • Scrooge – Louie Noir
  • Blood on the Crown – Giulia Orsi
  • Strada Stretta – Angelle Farrugia – Audrey Brincat Dalli
  • L-Għarusa – Angelle Farrugia – Audrey Brincat Dalli


Best Hair & Makeup Design:

  • Blood on the Crown – Christian Kotey – Jannie Stax
  • The Boat – Daniel Parker
  • Ħabbilni Ħa Nirbaħ – Kim Deguara – Marie Therese Morris
  • L-Għarusa – Krista Zammit Marmara – Mark Stafrace
  • Strada Stretta – Krista Zammit Marmara – Soraya


Best Actor in a Leading Role:

  • Blood on the Crown – Godwin Scerri
  • Blood on the Crown – Harvey Keitel
  • Blood on the Crown – Malcolm McDowell
  • L-Ispettur – Mario Micallef
  • The Weeping House of Qala – Mark Doneo

Best Actress in a Leading Role:

  • Il-Madonna taċ-Ċoqqa – Clare Agius
  • The Weeping House of Qala – Louise Doneo
  • Il-Mandraġġara – Mary Rose Mallia
  • Il-Madonna taċ-Ċoqqa – Mary Rose Mallia
  • L-Għarusa – Paula Mintoff

Best Actor in a Supporting Role:

  • Ħabbilni Ħa Nirbaħ – Carlos Farrugia
  • Blood on the Crown – Ian Virgo
  • Blood on the Crown – Leeshon Alexander
  • Ħabbilni Ħa Nirbaħ – Narcy Calamatta
  • L-Għarusa – Sinclair Mifsud

Best Actress in a Supporting Role:

  • L-Għarusa – Antonella Axisa
  • Ipokriti – Jane Marshall
  • Qerq – Mary Rose Mallia
  • Blood on the Crown – Nicola Mangion
  • L-Ispettur – Sarah Camilleri

Best Production Design:

  • The Boat – Ino Bonello
  • The Weeping House of Qala – Sasa Jovanovic
  • Blood on the Crown – Mela Melak
  • Strada Stretta – Justin Farrugia – Steven Dalli
  • L-Għarusa – Justin Farrugia – Steven Dalli


Best Screenplay:

  • The Boat – Winston Azzopardi – Joe Azzopardi
  • L-Għarusa – Audrey Brincat Dalli
  • Blood on the Crown – Jean Pierre Magro
  • Strada Stretta – Audrey Brincat Dalli
  • Scrooge – Alan Fenech

Best Musical Score:

  • Blood on the Crown – Alexey Shor – Laurent Eyquem
  • The Weeping House of Qala – Mark Attard
  • The Boat – Lachlan Anderson
  • Ħabbilni Ħa Nirbaħ – Elton Zarb
  • Scrooge – Dominic Cini

Il-varjant Omicron ikompli jinfirex f’diversi pajjiżi – Il-WHO twissi dwar riskju globali għoli

Il-varjant Omicron ikompli jinfirex f’diversi pajjiżi – Il-WHO twissi dwar riskju globali għoli

Il-varjant Omicron x’aktarx jinfirex aktar u joħloq riskju globali għoli ħafna skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li wissiet li żidiet ta’ infezzjonijiet ikkawżati minn dan il-varjant jista’ jkollhom konsegwenzi severi f’xi żoni.

Dan għaliex il-possibilità ta’ trażmissjoni ta’ dan il-varjant hija ħafna iktar għolja minn oħrajn.

Sadanittant aktar pajjiżi madwar id-dinja qed jikkonfermaw li sabu każijiet tal-varjant Omicron.

Ir-Renju Unit identifika disa’ każijiet s’issa, b’sitta minnhom irrappurtati fl-Iskozja.

L-Olanda u l-Portugall identifikaw 13-il każ kull wieħed, bil-każijiet tal-Portugall jinstabu fost tim tal-futbol ta’ Lisbona, wara li plejer riċentament irritorna mill-Afrika. It-13-il każ Olandiż instabu wara li passiġġieri li waslu mill-Afrika t’isfel ġew ittestjati fl-ajruport ta’ Schiphol ta’ Amsterdam.

Il-Ġermanja sabet tliet każijiet, filwaqt li l-Italja, ir-Repubblika Ċeka u l-Belġju għandhom mill-inqas każ kull wieħed. L-Awstrija wkoll ingħaqdet mal-lista tal-pajjiżi li ddikjaraw l-ewwel każ identifikat tagħhom.

L-Awstralja u l-Kanada ħabbru wkoll li sabu każijiet tal-varjant Omicron.

Enable Notifications OK No thanks